Thursday
Mar 11th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantunieri

E-mail Print PDF

Li l-politika umark_cutajar l-politici ghandhom effett dirett fuq l-isport hija xi haga maghrufa, u nghiduha kif inhi, allahares ma jkunx hekk. Però li wiehed juza l-isport bhala karrotta politika mhux accettabbli. Wiehed jistaqsi biex ser nibda l-kolonna tieghi din il-gimgha.
Matul dawn il-granet kont qed insegwi l-istorja tal-Freeport u l-estenzjoni tieghu li ser ssir f`Birzebbuga u dik ta` l-estenzjoni tal-power staion li ser ssir f’Marsaxlokk. Zewg stalletti ohra ghal dawk kollha li joqghodu fin-naha t’isfel ta’ Malta.

Waqt li kont qed naqra u nisma’ dwar dan, jien bqajt mistghageb kif bhal karrotta ghan-nies ta’ Birzebbuga, biex jinzel dan il-progett, kien hemm il-proposta li jsiru l-facilitajiet sportivi fil-post. Jien nahseb li din il-proposta hija insult ghan-nies tal-lokal, ghaliex nahseb li dan ir-rahal bi dritt ghandu jkollu facilitajiet sportivi fejn it-tfal u z-zghazagh li qed jiffaccjaw diversi problemi ambjentali, u ohrajn ghandhom ikollhom post fejn jirrikreaw ruhhom.
Fil-mument it-tfal ta’ Birzebbuga m’ghandhomx fejn jilghabu l-loghba tal-ballun, li kieku ma kienetx inizjattiva tal-Kunsill Lokali, li jivvinta post fil-bajja s-sabiha.
Ic-centru li kellhom f’Hal Far, fejn it-tfal u z-zghazagh kienu jinqdew tajjeb, kellu jitwaqqaf parzjalment minhabba problema ohra fil-post, dik ta’ l-immigranti rregolari.



Minn dak iz-zmien ‘ hawn, hadd qatt ma haseb f’dawn it-tfal biex isibilhoost fejn jaghmlu t-tahrig taghhom. U issa nisimghu li biex ipattu ftit ghad-daqqa ta’ harta ambjentali li ser jiehdu, ser naghtuhom ‘rigal’, naghtuhom facilitajiet sportivi. Dan biex ma nitkellmux dwar il-pitch tal-waterpolo li dejjem kien ikun ippakkjat bin-nies u li issa, ghalkemm saru diversi sforzi fil-lokal, ghadu jkerrah il-bajja. Pitch li jista’ jigi zviluppat f’centru tal-ghawm ghan-nies tal-madwar. U l-klabb tar-regatta li ilu ghal hafna snin jitlob ghajnuna biex it-tim li qed jaghmel sforzi kbar, ikollu aktar facilitajiet ghat-tahrig tieghu. Nerga’ nishaq li ghan-nies ta’ dik l-akkwata, l-facilitajiet sportivi haqqhom jiehduhom bi dritt sagrosant u xejn iktar.


Hawnhekk wiehed irid verament imbaghad jistaqsi kif f’dan il-pajjiz jintefqu l-flus ghal dak li huwa sport. U vera tajjeb li wiehed ghandu jghin, perezempju lil klabbs ewlenin fil-futbol li jigu jaghmlu t-tahrig f’Malta. Huwa tajjeb ukoll li jigu mghejjuna individwi sabiex ikomplu jkabbru n-negozju taghhom fl-isport. L-istess bhal m’huwa tajjeb li jsiru serati ta’ premjazzjonijiet li jiswew il-flus, favur l-isport generali jew individwali. Huwa tajjeb li jigu mghejjuna rhula differenti sabiex l-isport jikber. Izda wiehed irid jaghmel ezami tal-kuxjenza u jara li l-ewwel ikun hemm prijorità sabiex kollox isir kif suppost. Birzebbuga, bla dubju huwa prijorità u n-nies ta’ dak il-post haqqhom ahjar.



Illum se nkompli fuq Birzebbuga, fejn spikka wkoll in-numru ta’ sospensjonijiet wara l-loghba mitlufa kontra Gzira. Ghal min ma segwiex, Birzebbuga kienu qed jirbhu 2-1, u fl-ahhar minuti tal-loghba, ir-referee jaghti zewg penalties wara xulxin lil Gzira u rebhu l-loghba.
Il-protesti wasslu biex xejn inqas minn erba’ plejers u kowc jigu sospizi, b’uhud minnhom ghal diversi xhur. Incidenti li anki graw fil-loghba bejn Mdina u Luqa, fejn zewg plejers ta’ Mdina wehlu ammont kbir ta’ loghbiet. Jien ovvjament mhux ser nidhol fil-mertu tal-kaz u dwar min ghandu ragun u tort ghax jekk il-loghba ma tarahiex ma tistax tikkummenta dwarha. Wiehed però jrid jigbed l-attenzjoni li dawn il-loghbiet lahqu livell gholi ta’ intolleranza. Minn dejjem kienet cara li plejer inutli jipprotesta mar-referee ghax ragun fil-grawnd m’ huwa ser jiehu qatt.


Vera li hafna drabi f’sahna tal-mument wiehed jitlef it-tempra, izda minn dan in-nervozizmu zejjed, jitlef  biss il-klabb li l-plejer ikun qed jirrapprezenta. It-talba ghall-kalma f’dan il-kaz hija talba ragunata.


Finalment, matul din il-gimgha, l-MFA ospitat lill-Ezekuttiv tal-UEFA mmexxi mill-President Michel Platini. Matul dawn il-jiem saru diskussjonijiet importanti li ser jaffetwaw fil-pozittiv il-futur tal-loghba. L-aktar kummenti pozittivi bla dubju gabuhom iz-zewg assistenti referees iktar mal-linja tal-lasta. Jekk il-futbol ghadu ma jistax jaggorna ruhu maz-zmien, u kif ghamel sport iehor jaccetta t-teknologija, allura hemm bzonn ta’ sforz uman ikbar biex jigu kkontrollati l-loghbiet specjalment dawk l-aktar importanti.

Harget cara wkoll il-glieda kontra l-korruzzjoni li qed tifni l-Ewropa kollha. Wiehed irid jifhem li fejn jidhlu l-flus, jista’ jidhol it-tahwid u ghalhekk huwa importanti l-front li hadet il-UEFA li tippenalizza bil-kbir lil min jinqabad. Nispera li l-UEFA taghti ezempju mhux biss bi klabbs zghar izda anki bi klabbs kbar jekk xi darba jkun il-kaz. Ftit li xejn issemmiet il-glieda kontra d-doping, f’gimgha fejn ghal darba ohra kellna lil Adrian Mutu jerga’ jinstab hati li ha sustanzi illeciti.  Wiehed ghandu jirrifletti u jara kif l-isport ghandu jerga’ jinzel f’livell ta’ sport u mhux ikompli ssir haga ta’ hajja u mewt.
Il-gimgha sportiva t-tajba.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Mostly Cloudy PM Showers Light Rain Showers Scattered Showers
11C 16C 15C 13C 13C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura