Waqt seminar organizzat fi tmiem il-gimgha l-ohra mill-Fondazzjoni Reggie Miller, zewg kelliema tal-Partit Laburista, Dr. Anglu Farrugia u Dr. Michael Falzon iddikjaraw li l-Partit Laburista jaqbel li l-pulizija Maltin ghandu jkollhom id-dritt li jissiehbu fit-trade union. Dan id-dritt jezisti fi kumplament tal-Unjoni Ewropea izda mhux f’Malta.
Hasra li l-Ministru Mifsud Bonnici ma accettax l-istedina biex jindirizza dan is-seminar. Kieku forsi konna inkunu nafu wkoll x’inhi l-pozizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar dan is-suggett.
Kien prezenti wkoll il-Kummissarju tal-Pulizija li ma setax jitkellem f’isem il-Gvern imma seta’ biss jaghti l-opinjoni personali tieghu dwar dan is-suggett. Ma qalx jaqbilx jew le izda sahaq li l-pulizija Maltija ghandha l-assocjazzjoni taghha, mahtura mill-istess membri tal-korp li fost l-ohrajn tahdem favur l-interessi tal-pulizija kollha.
Din l-assocjazzjoni mhix trade union, ghalkemm hi anki affiljata ma’ grupp ta’ trade unions Ewropej. Mhix trade union ghal fatt li ma tistax tigi registrata bhala tali skont il-ligi Maltija. Imma kif tahdem din l-assocjazzjoni? Il-membri huma eletti minn kull grad (jew rank) tal-korp, mill-kuntistabbli sal-Kummissarju. Filfatt il-Kummissarju stess hu membru tal-kumitat li jmexxi din l-assocjazzjoni. Kull meta jkun hemm xi issue, din tigi diskussa fil-kumitat u wara li jkun hemm qbil, issir it-talba direttament lill-Kummissarju li min-naha tieghu jekk ikun jista’ jattwa l-proposta jaghmilha, jekk le jkollu jdur fuq il-politiku u jaghmel it-talba lilu. Appuntu hawn tinsab il-problema principali. Jekk l-istess Kummissarju jaqbel mal-kumitat u jkun jista’ jagixxi hu, allura kollox sew, imma jekk l-istess Kummissarju ma jaqbilx mal-kumplament, ikun ferm difficli li jaccetta t-talbiet li jsirulu. F’kelma wahda l-Kummissarju ghandu speci ta’ veto li jista’ juzah il-hin kollu, ferm ’il boghod minn dak li jigri f’unions tal-haddiema.
Waqt l-istess seminar qamet diskussjoni dwar id-dritt tal-istrajk. Nista’ nghid li kien hemm qbil bejn dawk kollha prezenti li ghandu jkun hemm certi restrizzjonijiet safejn jistghu jaslu dawn id-drittijiet. Ghalkemm fil-kumplament tal-Ewropa hemm pajjizi li fihom il-pulizija ghandhom sahansitra d-dritt tal-istrajk, f’xi uhud minnhom dan id-dritt hu limitat. L-arma tal-istrajk mhix l-uniku arma li ghandu l-haddiem. F’Malta nuzaw frazi aktar addattata, azzjoni industrijali. L-azzjoni industrijali tinkludi l-istrajk jew biex nifhmu ahjar, id-dritt li ma tidholx ghax-xoghol fuq direttiva ta’ trade union. Imma hemm diversi metodi ohra kif trade union tista’ taghmel il-pressjoni taghha.
Mis-seminar hareg car li l-akbar biza’ dwar shubija fi trade union hi li l-pulizija jibdew jaghmlu xogholhom biss jew jibdew jirrifjutaw li jaghmlu xoghol li ma jaqax fil-list of duties taghhom. Jekk verament hemm din il-biza’ allura jfisser li fil-prezent hemm xi haga hazina, jew li diversi persuni fil-korp jistghu qed jigu mgieghela jaghmlu xoghol li mhux taghhom.
Normalment dawn jaccettaw li jaghmlu kollox ghax ma jistghux jifthu halqhom jew ghax filfatt ma jkollhomx trade union li tista’ tkun il-vuci taghhom.
Hemm diversi fatturi ohra li forsi wiehed jista’ jsemmi bhal ma huma s-sighat tax-xoghol, id-dritt ta’ rapprezentanza gusta kull meta jkun hemm xi forma ta’ charge, it-transfers, l-ilbies protettiv u hafna ohrajn. Dawn kollha jkunu jistghu jigu indirizzati permezz ta’ trade union li ma jkollha ebda xkiel biex taghmel ix-xoghol taghha f’isem il-membri taghha li jistghu jkunu wkoll pulizija bhal kumplament tal-Ewropa.

| < Prev | Next > |
|---|







