Smajtuha tfaqqa’ hbieb tieghi!
Harget minn fomm il-prim Gonzi nnifsu. Bl-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara, il-Power Station tal-Marsa se tinghalaq darba ghal dejjem.
Issa forsi jkun hawn min jghid li l-gvern immexxi mill-partit tal-prim Gonzi, kien weghdna li l-Power Station tal-Marsa kellha tinghalaq bil-ftuh tal-Power Station ta’ Delimara ghoxrin sena ilu, u li l-gvern ma zammx kelmtu.
L-ewwel u qabel kollox, irid jinghad li issa anki l-Unjoni Ewropea qieghda tigri warajna biex din il-mniefah ta’ Power Station tal-Marsa tinghalaq darba ghal dejjem.
Barra minnhekk, din id-darba, l-weghda hierga minn fomm il-prim Gonzi. Anzi li kont jien minfloku, l-ahbar kont inhalliha ghal jum il-Karnival.
2. Il-kacca fir-rebbiegha
Nhar il-Hadd, il-prim Gonzi kien f’vena mill-aqwa.
Mhux biss weghdna li l-Power Station tal-Marsa se taghlaq darba ghal dejjem, imma sahansitra kkonferma li mhu minnu xejn dak li jghidu tal-Labour li l-prim Gonzi dahaq bil-kaccaturi.
Il-prim Gonzi, minkejja dak kollu li qieghed jinghad minn tal-Bird Life u l-ohrajn, kellu l-kuragg jghid li l-gvern tieghu dejjem sahaq li f’pajjizna ghandha tkun permessa l-kacca fir-rebbiegha.
U sahansitra habbrilna li kien ghalhekk li fetah kawza fil-Qorti Ewropea. Issa halliha li, safejn naf jien, il-kawza nfethet mill-Kummissjoni Ewropea u mhux minnu.
Imma l-aqwa li nfethet, u allura wera li mhux minnu li dahaq bil-kaccaturi.
Nittama li n-nassaba ma jaqrawhix dil-bicca, ghax tghidx kemm joffenduni!
3. Mhux komuni?
Jien kont dahhaltha f’mohhi li galadarba dahhalna l-euro minflok il-lira Maltija, allura konna rasna mistrieha li l-finanzi kienu se jibqghu fis-sod darba ghal dejjem.
Din il-fehma komplejt sahhahtha meta l-prim Gonzi tghidx kemm ftahar li kieku ahna ma dahhalniex l-euro, kieku kien jigrilna bhall-Izlanda, u l-pajjiz kien jitfarrak.
Issa jekk minn dakinhar ’l hawn, l-Izlanda tfarrkitx jew le, ma nafx.
Imma jidher li l-effett tal-euro mhux komuni f’kull pajjiz tal-Unjoni Ewropea. Ghax milli qrajt, il-prim ministru Grieg qal li l-Grecja, (li ilha li dahhlet l-euro), mixja lejn xifer l-irdum.
Min jaf li kieku l-prim Gonzi jaghtihom xi ftit pariri lill-Griegi!
4. M’hawnx ghalih!
M’hawnx ghalih l-avukat Austin Bencini tat-Times ghall-mod kif analizza n-nomina tal-iSpeaker Louis Galea ghall-Qorti tal-Awdituri u n-nomina ta’ John Dalli ghall-Kummissarju Ewropew.
U mela hawn hafna, fosthom bosta minn tal-Labour, u anki xi deputati tal-PN, li qeghdin jghidu li l-prim Gonzi heles minn John Dalli u minn Louis Galea ghax dawn kienu kkontestawh ghat-tmexxija tal-PN, jew ghax dawn m’humiex fil-klikka tieghu!
Lanqas huwa minnu dak li qeghdin jippruvaw ibellghuhna xi whud, fosthom Laburisti u Nazzjonalisti, li l-prim Gonzi nnomina lil John Dalli u lil Louis Galea ghax kien hemm xi rikatt fin-nofs!
Ma tarax!. Kulma gara hu dak li qalilna Austin Bencini. Il-prim Gonzi nnomina lil Dalli u lil Galea ghax il-prim Gonzi wkoll irid il-bidla. Xejn aktar u xejn inqas. La kien hemm rikatti u lanqas tiknis!
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|







