Wednesday
Mar 10th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

In-newtralità u n-non-allineament

E-mail Print PDF

george_saliba_copyL-argument u d-diskussjoni li qajjem l-Ambaxxatur Amerikan baqghet sejra.  Ghandna niehdu pjacir li l-maggoranza ta’ dawk li esprimew l-fehma taghhom kienu favur li Malta tibqa’ thaddan il-politika ta’ newtralità.  Bhal ma wiehed kien jistenna, kien hemm min ha spunt minn dak li qal  l-Ambaxxatur Kmiec sabiex jipprova juri li fid-dinja tal-lum din il-politika ma taghmilx sens.


Nerga’ intenni li l-principju baziku ta’ din il-politika u tad-dikjarazzjoni tan-newtralità fil-Kostituzzjoni taghna hija l-paci.  Malta huwa pajjiz li jrid il-paci fil-Meditterran u bejn il-gnus.


Meta kont student hafna drabi kienu jghidulna li fl-ahhar mill-ahhar it-test ta’ kull politika barranija hija l-istorja.  Allura jekk wiehed jiehu dan it-test, il-politika ta’ newtralità u non-allineament kienet success kbir ghaliex mhux talli zammitna ’l boghod minn kull gwerra, imma talli gabet lejn Malta laqgha bejn Gorbachev u Bush propju ghaliex kellna din il-politika.


Jien nista’ nghid minn  esperjenza personali kemm serviet  din il-politika.  Niftakar li meta kont ambaxxxatur Washington, fl-ahhar xhur tal-Presidenza ta’ Bill clinton, meta dan il-President ried jaghmel l-ahhar sforz sabiex iressaq lil Izrael u l-Palestina lejn xulxin, wara li kienu fallew tahdidiet ohra, kien gie fuqi Ambaxxatur habib tieghi u nfurmani li kien sema li l-Amministrazzjoni Amerikana kienet ser taghmel tentattiv iehor sabiex jintlahaq ftehim bejn il-Lhud u l-Palestinjani, u kien hemm il-possibbiltà tajba li din il-laqgha issir Malta.  Fl-ahhar mill-ahhar il-laqgha saret f’Taba l-Egittu, imma l-fatt li pajjizna gie ikkunsidrat juri li l-impenn taghna ghall-paci kien irrispettat.


Li tahdem ghall-paci tfisser li tkun habib, u pajjizna meqjus bhala habib tal-Ewropej u kemm tal-Gharab. Dan marbut ukoll  mal-politika tan-non-allineament u n-newtralità.  Hawn min jghid li ma tistax tkun newtrali bejn it-tajjeb u l-hazin.  Apparti mill-fatt li hafna drabi it-tajjeb u l-hazin hu soggettiv, però din hija interpretazzjoni hazina tal-politika taghna.  Ahna m’ahniex newtrali bejn il-hazin u t-tajjeb. Il-Moviment tal-Pajjizi Mhux Allineati li tieghu konna membri, dejjem ha pozizzjoni fuq kwistjonijiet internazzjonali, però mhux kulhadd qabel jew fehem dawn il-pozizzjonijiet.


Jien hadt pjacir li kemm il-Gvern u kemm l-Oppozizzjoni jaqblu li din hija politika siewja. Ahna nafu x’inhi l-pozizzjoni tal-Partit Laburista. Il-Mexxej Joseph Muscat fid-diskors lill-ambaxxaturi ghamilha cara li din il-klawzola fil-Kostituzzjoni ghadha valida li jekk hemm xi tibdil li jirrifletti l-qaghda internazzjonali prezenti u kompla jghid li dan it-tibdil irid isir però mieghu jridu jsiru tibdiliet ohra   fil-Kostituzzjoni li jsahhu id-demokrazija fil-pajjiz.


Jien tal-fehma li l-ewwelnett ma huwiex ta’ gid li l-Kostituzzjoni tintmess sikwit u li meta tintmess dan irid isir bi hsieb u ghaqal.  Wara kollox kull tibdil fil-Kostituzzjoni jrid zewg terzi tal-Parlament u allura jrid jkun hemm qbil bejn Gvern u Oppozizzjoni.  Perezempju wahda mit-tibdiliet li hemm bzonn hija x-xandir pubbliku.


Min-naha tal-Gvern il-Ministru Tonio Borg ukoll wera l-fehma li in-newtralità u non-allineament servewna tajjeb u stqarr li huwa jistenna proposta mill-Oppozizzjoni qabel ma jsir xi taqlib. Jien nahseb li ghadna ’il boghod milli naslu ghal dawn id-diskussjonijiet.


Bhala l-ahhar punt nixtieq nghid li din il-klawzola fil-Kostituzzjoni zammitna ’il boghod minn kull alleanza militari. Li kieku kellna inkunu parti minn xi alleanza, apparti mill-fatt li nitilfu hafna mill-hbiberija li ghandna mal-pajjiz fin-nofsinhar taghna, jfisser ukoll li kien ikollna narmaw ruhna b’armamenti li illum ma ghandniex bzonnhom  Dawn l-armamenti jiswew il-flus.

Taraha minn fejn taraha, l-idea tal-Perit Mintoff ta’ newtralità u non-allineament hija politika li tat il-frott, li giet accettata minn kulhadd, li zammitna hbieb ma’  kulhadd u fuq kollox li l-maggoranza tal-Maltin jaqblu maghha. Nahseb li dan huwa bizzejjed sabiex ma nilaghbux ma din il-klawzola,  li l-istorja wrietna li hija tajba.

George Saliba kellu karriera twil fil-Korp Diplomatiku u sserva bhala Ambaxxatur ta’ Malta f’diversi pajjizi bhall-Istati Uniti, ir-Russja u anki l-Libja.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Partly Cloudy PM Light Rain Rain Scattered Showers
12C 14C 16C 16C 13C
Wed Thu Fri Sat Sun

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura