Fl-ahhar jiem thabbret b’mod ufficjali l-ahbar li l-Bank centrali ta’ Malta ghandu Deputat Gvernatur gdid.
Id-Deputat Gvernatur li ntaghzel huwa Alfred Demarco, biex b’hekk kienet ikkonfermata l-istorja ppubblikata minn dan il-gurnal fl-ewwel Hadd tax-xahar li ghadda bit-titlu “Manuvrar fil-Bank centrali ghall-oghla karigi.”
Fosta affarijiet ohra dakinhar dan il-gurnal irrapporta li gie deciz li ghall-kariga li se titbattal minn Pullicino se jigi mahtur Alfred Demarco, li prezentement hu d-direttur tad-Divizjoni tal-Ekonomija u r-Relazzjonijiet Esterni tal-istess bank.
Demarco hu maghruf sew ghal-lealtà assoluta tieghu lejn il-Partit Nazzjonalista, tant li ftit tas-snin ilu kien ukoll rebah premju waqt maratona ta’ gbir ta’ fondi tal-PN.
Kien avviz lill-impjegati li twahhal fil-Bank centrali bil-firma tal-Gvernatur li kkonferma li Alfred Demarco se jkun id-deputat gvernatur, precizament kif kien zvela KullHadd. Sakemm is-Sibt tal-gimgha l-ohra harget stqarrija ta’ zewg linji li qalet li l-Prim Ministru appunta lil Demarco f’din il-kariga ghall-hames snin li gejjin.

| < Prev | Next > |
|---|








