Dawk li jmexxu l-istrategija tal-Partit Nazzjonalista jinsabu mhassba bil-fatt li bil-mod kif il-Partit Laburista qed jinfetah ghal nies u ideat godda, kull ma jmur qed isahhah l-gheruq tieghu u anki jzid fl-appogg anki fost sezzjonijiet tal-popolazzjoni fejn mhux dejjem kien igawdi appogg.
F’tentattiv biex tigi mxejjna din il-mewga ta’ appogg favur il-PL, l-istrategisti tal-PN qeghdin jahdmu fuq pjan biex fil-gimghat li gejjin joholqu sitwazzjonijiet ta’ konfrontazzjoni u provakazzjoni bit-tama li l-Laburisti jirreagixxu ghal provokazzjonijiet u l-PL ma jibqax jidher daqstant moderat mal-votanti li s-soltu ma jivvutawx Labour.
Il-pjan tan-Nazzjonalisti jinkludi attakki feroci u horox fuq esponenti partikolari tal-Partit Laburista, bit-tama li dawn jigu provokati jirreagixxu bl-istess mod u appena jaghmlu dan, in-Nazzjonalisti joqghodu jilaghbuha tal-vittmi.
Skont il-pjan li hmew in-Nazzjonalisti, se jsiru ghad ta’ vendikazzjonijiet fuq il-post tax-xoghol bit-tama li l-Laburisti jihraxu u b’effett ta’ dan jibdew jitgerxu votanti li bdew joqorbu lejn il-Partit Laburista.
Ezempju tal-provokazzjonijiet li qeghdin jahdmu fuqhom tal-PN, din il-gimgha s-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi qanqal il-kaz tal-proprjetà li ghandu f’idejh il-PL f’Pembroke. Azzopardi gie kkwotat li qal li l-Gvern tal-PN qed jikkontempla li jiehu azzjoni legali biex jittiehed lura c-cens ta’ din il-proprjetà minhabba xi hsarat li garbet matul is-snin. Naturalment huwa u jghid dan, Jason Azzopardi konvenjentement mhux isemmi wkoll kemm hawn proprjetajiet pubblici, fosthom fortijiet storici bhal ta’ Sant’Iermu u Sant’Anglu, li jinsabu fi stat ta’ abbandun u telqa liema bhala.
Fil-pjan ta’ dawk li jmexxu l-istrategija tal-PN, bl-attakki aggressivi u l-provokazzjonijiet in-Nazzjonalisti se jippruvaw jinqalghu xi ftit mid-difensiva li waqghu fiha mhux biss minhabba l-impatt li qed ihalli l-Partit Laburista bit-tmexxija ta’ Joseph Muscat, imma anki bit-tertiq u bil-martellament ta’ kritika qawwija li gejja propju mill-backbench tal-istess Partit Nazzjonalista. Mill-Indipendenza ‘l hawn qatt daqs illum ma kien hawn Gvern li qed jigi attakkat minn gewwa u minbarra minn numru mdaqqas ta’ deputati tan-naha tieghu stess. Kull ma jmur l-awtorità u l-axxendent ta’ Dr. Gonzi bhala mexxej qeghdin jidghajjfu u minhabba f’hekk l-istrategisti tal-PN qeghdin jittamaw li permezz ta’ politika aggressiva u konfrontazzjonali jqanqlu xi ftit l-moral tal-partitarji taghhom li bhalissa jinsab jitkaxkar mal-art.
L-instabbilità fi hdan il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista twassal sal-punt li hekk kif tlett gimghat ilu rega’ ltaqa’ il-Parlament wara l-vaganzi tal-Milied, se jerga’ jieqaf mhux bil-vakanzi tal-Karnival, imma sakemm Dr. Gonzi jserrah rasu li ghad ghandu maggoranza fil-Parlament wara l-elezzjoni kazwali li trid issir ghas-siggu li se jitbattal minn John Dalli.
Lawrence Gonzi tant jinsab dahru mal-hajt li ma jrid jiehu ebda riskju. Tant hu hekk fil-granet ghaddew saru sforzi intensivi biex ebda wiehed miz-zewg kandidati li jistghu jikkontestaw din l-elezzjoni kazwali, il-Perit Robert Musumeci u t-Tabib Peter Micallef, ma jixhtu n-nomina taghhom u s-siggu battal jimtela permezz ta’ co-option diretta. KullHadd jista’ jizvela li kien Lawrence Gonzi nnifsu li tkellem direttament mal-Perit Robert Musumeci biex jikkonvincih biex dan ma jitfax in-nomina tieghu ghall-elezzjoni kazwali fuq is-Sitt Distrett.
Gonzi inqeda b’dak li qed jinkiteb fuq l-internet biex jikkonvinci lil Musumeci li jkun ahjar fic-cirkostanzi jekk ma jitfax in-nomina tieghu. Imma l-inkwiet vera u propja ta’ Lawrence Gonzi dwar Musumeci mhux dak li inkiteb fuq blogg tal-internet maghruf ghall-hmieg li jinkiteb fih, imma l-fatt li ma jridx li mal-kor ta’ dissidenti Nazzjonalisti jizdied element iehor u tkompli tikber l-instabbiltà fil-maggoranza xxuttata li ghandu fil-Parlament.
Minkejja l-pressjoni diretta li saret minn Gonzi fuq il-Perit Musumeci, dan ghadu mhux deciz dwar x’se jaghmel. Fir-rigward tat-Tabib Micallef mhux biss qed issir pressjoni biex dan ukoll ma jixhetx in-nomina, imma qed jippretendu minnu li joqghod stand-by bin-nomina lesta ghall-eventwalità li Musumeci jiddecidi li jixhet in-nomina, biex fil-kaz jixhetha huwa wkoll.
F’kaz li l-pjan tan-Nazzjonalisti jirnexxi u l-ebda wiehed minnhom ma jitfa’ n-nomina, hemmhekk trid issir il-co-option u fost l-ismijiet li qed jissemmew, apparti dawk ta’ Joseph F. X Zahra u John C. Grech, l-aktar wiehed favorit u qrib ta’ Gonzi minn dawk li qed jissemmew huwa bla dubju Joe Saliba, l-ex-Segretarju Generali tal-PN.

| < Prev | Next > |
|---|







