Il-problema ta’ nuqqas ta’ sodod tasal sas-Sala tal-Maternità
Il-problema tan-nuqqas ta’ sodod fil-Mater Dei qed tinfirex mal-isptar kollu, sahansitra fis-Sala tal-Maternità.
Omm ta’ zewg ulied irrakkontat ma’ KullHadd l-esperjenza xejn pjacevoli li ghaddiet minnha meta nhar il-Hadd li ghadda welldet it-tieni wild tal-familja.
Ma’ dan il-gurnal tkellmet kif minhabba n-nuqqas ta’ sodod fis-Sala tal-Maternità ma kienx hemm spazju biex twelled f’dik li hija maghrufa bhala d-delivery room li spiccat okkupata minn ommijiet li kienu li kienu welldu qabel u suppost inghataw sodda fis-Sala tal-Maternità.
L-omm tirrakkonta ma’ KullHadd kif welldet f’kamra li fiha suppost isiru biss check-ups u fejn lanqas biss kien hemm sodda fuq xhiex toqghod.
“Dhalt fil-kamra fejn jezaminawk u nfurmawni li ma kienx hemm spazju fid-delivery room. Qaluli li dak kien il-post fejn kelli nwelled it-tieni tarbija tieghi…fuq stretcher dejjaq,” bdiet tirrakkonta l-omm.
Il-missier, imbikkem b’dak li gara f’dik li kella tkun wahda mill-isbah esperjenzi tal-familja. Zied jghid li mnalla kien hu li beda jzomm lil martu milli taqa’ minn fuq l-istretcher.
“Kif qed tghidlek hi, trid izommha ghax inkella taqa’. Anke n-nurse bdiet tgerger, ma kienetx kuntenta bis-sitwazzjoni. Imnalla kont jien li bdejt nzomma milli taqa’ min fuq l-istretcher dejjaq,” spjega l-missier.
“Kumdità ta’ xejn. M’ghandekx ma fejn izzomm bhal meta s-sodda jkollha l-hadid. Ghandi dahri mbengel kollu kawza ta’ dak li gara. Jiena xtrajt fuq stretcher li jsiru c-check ups fuqha u li ghalhekk s-saqqu taghha ma kienx komdu ghal xi haga hekk. Saqqu li tghid titla’ ftit minuti fuqu biex jezaminawk u tinzel. Mhux li tghamel fuqu dak il-hin kollu u tghaddi mill-process tal-hlas,” kompliet tirrakonta l-omm.
“Il-midwife l-hin kollu tghidli ara ma taqax, ara ma taqax. Gennewni. Is-sodda mhux bir-remote bhal ohrajn. Biex intellghu jew innizlu s-saqqu kellhom joqghodu jqajjmuni, trid tara x’kummiedji,” kompliet tghid l-omm.
“Din il-kamra sahansitra kienet qabel ir-reception. X’hin jidhlu n-nies, bdew jisimghu l-ghajjat tieghi. Dinjità ta’ xejn. Kamra li qieghda mal-kurutur. Kull min jghaddi minn hemm seta’ jhares u jara x’inhu jigri. Kif wiehed idoqq il-qanpiena, jifthulek u ssib din il-kamra fejn kont jien li tigi qabel ir-reception,” kompliet tghid ma’ KullHadd filwaqt li sahqet li l-istaff xorta pprova jaghmel l-impossibbli.
“L-istaff ipprovaw jaghmlu l-impossibbli. Ghamlu l-almu taghhom. Anki huma ma kienux kuntenti bis-sitwazzjoni,” tenniet l-omm.
Fl-ahharnett ziedet tispjega kif eventwalment kienet fortunata li tbattlet sodda fejn setghet tqatta’ l-gurnata ta’ wara l-hlas. “L-infermiera qaltli ha naraw x’hemm fuq. Kien hemm persuna li riedet titlaq mill-ewwel u hadt il-post taghha. Staqsewni jekk irridx mmur d-dar mill-ewwel ? Bhal donnu ridu jinkoragguni biex nitlaq ha nghamillhom l-ispazju. Ghidtilom ghal inqas naghmel gurnata, mhux ha mmur d-dar dak il-hin,” temmet tghid l-omm.

| < Prev | Next > |
|---|







