Thursday
Mar 11th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

54 sena fil-Karnival

E-mail Print PDF

maskaruni_3Ghall-intervista tal-lum, ghazilt li nitkellem ma’ wiehed mill-anzjani nett fil-hidma u l-involviment tieghu fil-Karnival ta’ Malta.  Dan huwa George Farrugia. Iltqajt mieghu fir-residenza tieghu stess fl-Imsida.  Insibu jistennini u jilqani barra t-triq.  Ipparkjajt, u dhalt mieghu fl-appartament tieghu.


Bniedem dhuli wisq, li ma waqafx jirrakkonta mill-bidu sal-ahhar dwar il-Karnival.


George ghandu 75 sena, u l-ewwel prijorità ta’ hajtu huwa l-Karnival.  Ihobb jaghmel xoghol maghmul mis-sulfarini, u jhobb jisma’ l-opri.  Ihobb is-safar, armel u huwa missier ta’ tlett itfal u nannu ta’ sebgha.

Mal-ewwel stajt ninnota d-diversi certifikati, trofej, u plakki kommemorattivi mwahhlin mal-hajt, kif ukoll xi xoghol minn tieghu maghmula mis-sulfarini.  Poggejna bilqeghda filwaqt li bdejt nistaqsih id-domandi li kont hejjejt ghal din l-intervista.

“Inhossni li ghadni tajjeb.  Ili 53 sena nahdem ghall-Karnival, u dan il-Karnival li gej tkun l-54 darba tieghi”, beda jghidli George.


Staqsejtu kif bdiet din in-namra tieghu lejn il-Karnival.  Hawnhekk stajt ninnota li tela’ fis-seba’ sema ghax dlonk beda jirrakkonta b’certu nostalgija fuqu.  “Kien sentejn wara l-mewt t’ommi, meta jien kelli xi tnax-il sena.  Dak iz-zmien konna niltaqghu corma tfal nilaghbu barra.  Darba kien hemm tifel fostna li kien hareg bl-idea li nitghallmu xi strument tal-banda, minflok nibqghu niggerrew barra.  Ghamilna hekk u morna nkellmu lill-kumitat tal-kazin, u accettawna b’idejhom miftuha.  Fis-sena 1946, il-Banda Pintu ta’ Hal Qormi kienet ser tippartecipa fil-Karnival.  Kien hemm l-artist Toni Fenech mill-Mellieha li kien qed jaghmel xi xoghol ta’ maskaruni.  Ta’ tifel li kont, kont nghinu wara li nispicca mill-lezzjoni tal-banda, daqqa b’xi xoghol bil-qasab, u daqqa bin-netting wire.  Il-Banda Pintu baqghet tippartecipa fil-Karnival ghal tlett snin shah, bil-karru trijonfali dejjem mas-suggett tal-banda u sett maskaruni bi tmien bicciet”, beda jirrakkontali George.


george_karnival_1968_copy_1B’hekk minn hemm, George kien ha idea ta’ Karnival.  Meta  l-banda waqfet  il-partecipazzjoni taghha, anki Gorg waqaf.  Kellu tmintax-il sena, u fl-1953 dahal jahdem gwardjan il-habs, u mar jghix Rahal Gdid.  “Kumbinazzjoni sirt naf wiehed li jippartecipa fil-Karnival.  Kont noqghod inhares lejh waqt li qed jahdem.  Peress li kont nahdem gwardjan il-habs, ma stajtx immid idi ghall-Karnival dak iz-zmien.  Aktar tard fis-sena 1954, dan il-bniedem kien gih ix-xoghol hazin.  Beda jirrabja, u jien meta rajt hekk irrangajtlu kollox minn dak li kont tghallimt qabel.  Baqa’ mistghageb u talabni nibda nghinu.  Ridt permess specjali, minhabba kif ghedtlek qabel minhabba xoghli.  Il-permess kien inghatali u hemm bdejt nerga’ nkun involut”, kompla jirrakkontali George.


Gara li sena wara, dan il-bniedem talbu l-ghajnuna ghall-Karnival li kien imiss.  George ried li jahdmu bi shab.  “Jiena nahdem il-maskaruni u hu jaghmel xi xoghol iehor u jirregistra fuq isimna.  Fl-1960, qlibt ix-xoghol tieghi ghal mac-Civil, u b’hekk nista’ nghid li mis-snin sittin bdejt u bqajt nahdem ghalija wahdi”.


Hawnhekk George xtaq johrog punt minn dan kollu.  “Matul il-hidma tieghi fil-Karnival, innutajt hafna tfal jitilfu l-iskola biex imiddu jdejhom ghall-Karnival.  Mhux qed nghid biex ma jinvolvux ruhhom, izda li jitilfu l-iskola zgur li mhux sew”.

Karnival ta’ dari
u dak tal-lum

Minn din l-intervista u bis-sahha ta’ George, ridt nohrog id-differenza fil-Karnival ta’ qabel, ma’ dak tal-lum.  “Qabel il-karrijiet kien ikollhom aktar movimenti.  Swaba u rjus jiccaqalqu.  Illum il-karrijiet pjuttost qishom iccassati.  Verament li z-zebgha taqlaghhom.  Hu mit-Taljani.  Taralhom kull karru jiccaqlaq b’meravilja, sal-inqas dettall, anki bl-ghajnejn jiccaqalqu.  Karnival tal-lum narah spicca minn dawn l-aspetti.  M’ghadux jigbed il-massa tan-nies, specjalment zghazagh.  Qabel kont issib tfal ta’ 14-il sena jigbdu l-ispaga minn taht il-karru biex jiccaqlaq il-karru.  Illum rari se ssib guvintur joqoghdu jaghmlu dan ix-xoghol.  Haga ohra hija, li fil-Karnival ta’ qabel kien ikun hemm madwar 94 item, filwaqt li llum ikun hemm xi 30 biss”.

Iddiskutejt mieghu r-rizorsi li jahdem bihom ghall-maskaruni tal-Karnival, u fuq kollox l-ideat warajhom. 

Fil-fatt George spjegali li l-maggoranza tar-rizorsi kien hadhom mill-prattika li kien akkwista meta kien tifel. 

“Gharaft kif ghandi nahdem.  Dejjem ippruvajt nahdem b’rizorsi naturali.  Qabel kont immur f’xi wied u nsib kemm irrid materjal bhal wires.  Illum ma ssibx.  Iz-zebgha kienet irhas, illum m’ghadhiex”, spjegali George filwaqt li urini bic-car li qabel kienet aktar facli l-hajja.

Matul il-karriera tieghu, George ha xi tmien darbiet l-ewwel premju.  Mis-sena 1978 ‘l hawn, dejjem kien qed jigi fit-tieni post.  Kien hemm xi snin li kien anki jiehu t-tieni u t-tielet post f’daqqa.

Staqsejtu dwar is-sodisfazzjon tieghu minn tul il-karriera tieghu fil-Karnival sal-gurnata tal-lum.  “Bla dubju ta’ xejn li minn taht idejja hargu l-aqwa tlett kompetituri u bhalissa qed inrawwem ir-raba’ wiehed.  Ix-xoghol tieghi ser jibqa’ jissemma mas-snin”, wegibni dlonk George.

Fis-sena 2000, George kellu esperjenza unika, dik li jmur ghall-Karnival tat-Tunezija.  “Kont tellajt mieghi maskaruni, fejn gejt apprezzat hafna.  Memorja sabiha li tibqa’  mieghi”.

Bejni u bejn ruhi ghedt jekk wasalx iz-zmien fuq George sabiex jibda jgawdi l-Karnival.  Izda hu mal-ewwel urini li ghalkemm jixtieq igawdih trankwill, xorta wahda jkun irid ikun involut fih.

Tlabtu jghaddi messagg specjalment liz-zghazagh dwar il-Karnival.  “Inheggighom ikunu attivi specjalment fil-hidma tal-karrijiet sabiex jergghu jaqbdu dak ir-ritmu u gost li kellna dari.  Fuq kollox biex dejjem inzommu ‘l Karnival attiv u haj, b’dik li hija kultura u sodisfazzjon”.

Ta’ min jghid, li ricentament George gie mitlub mill-Kunsill ta’ l-Imsida sabiex jibda jaghti ftit teorija fuq il-Karnival lil dawk kollha interessati f’dan is-suggett.  Talba li George laqa’ bi hgaru.

Fl-ahharnett George temm din l-intervista mieghi billi fissirli li l-Karnival huwa parti minn hajtu.  “Il-Karnival narah bhala parti li int tkun kapaci tohloq xi haga mix-xejn.  Fuq kollox huwa ta’ sodisfazzjon kbir”, temm jghidli George.

Din is-sena l-Karnival ta’ Malta se jkun qed jigi organizzat mit-12 sa 16 Frar 2010.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Mostly Cloudy PM Showers Light Rain Showers Scattered Showers
11C 16C 15C 13C 13C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura