Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat dalghodu se jkun qed jaghlaq il-Konferenza Generali Annwali tal-Partit Laburista billi jispjega b’mod konkret il-vizjoni ta’ moviment u jsostni li l-mozzjoni li tressqet quddiem il-Konferenza se tkun il-bazi li fuqha jitfasslu il-principji, il-policies u l-pjan ghal pajjizna tal-Partit Laburista.
Dr Muscat mistenni jispjega kif il-kuncett ta’ moviment ta’ progressivi u moderati se jkun progett ta’ vizjoni u mhux progett biss li jasal sa elezzjoni generali. Huwa se jkun qed jispjega kif l-ideali progressivi u moderati – anki jekk ma jaqblux f’kollox – se jkunu l-bazi ta’ politika ghal pajjiz ahjar li lkoll irridu nghixu fih.
Il-Konferenza Generali li bdiet fid-29 ta’ Jannar, u bhala l-bazi taghha kellha mozzjoni programmatika li tistabbilixxi l-principji ta’ dan il-moviment li tieghu l-Partit Laburista se jkun katalista. Il-Konferenza ta’ din is-sena hadet sura aktar moderna li ddiskutiet diversi aspetti tal-politika lokali u ffukat fuq politika fuq livell nazzjonali daqskemm fuq tibdil intern. Il-Konferenza Generali ta’ din is-sena gabet fis-sehh bidliet importanti fosthom it-twaqqif ta’ zewg karigi godda fi hdan l-istrutturi tal-PL, dik ta’ Segretarju tal-Ezekuttiv u dik ta’ Ufficjal ghall-Opportunitajiet indaqs.
Id-diskors tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat se jixxandar dirett fuq ONE TV u One Radio mill-11 ta’ filghodu ‘l quddiem u t-trasmissjoni diretta mill-Konferenza tibda fid-9.00am.
[Dwar din il-Konferenza Generali, ara wkoll pagni 4 u 5.]
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|







