Waqt cerimonja li saret ftit tal-granet ilu, is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg f'isem il-Kunsill Lokali u f'isem ir-residenti Qalin onora b’ Gieh il-Qala lil Anton Camilleri, ex-kunsillier Laburista li miet fid-29 ta' Ottubru 2009 ta' 54 sena. Dan il-premju inghata lil mart Anton Camilleri, Marlene u uliedu Clint u Francesca
F'kelmtejn tal-okkazjoni s-Sindku Paul Buttigieg semma l-kwalitajiet sbieh li kellu Anton Camilleri fil-hidma tieghu fil-lokalità tal-Qala matul id-disa’ snin li dam Kunsiller. Is-Sindku Buttigieg qal 'li ghal Anton hidmietu fil-Kunsill Lokali kienet missjoni ghax hu kien vicin ir-residenti, jghin lir-residenti, jisma’ lir-residenti u kien jaghmel dak kollu possibli fil-limitazzjonijiet tieghu sabiex jghin u jibqa’ jghin u jaghti sakemm jista’ ghal gid tal-Qalin kollha’.
Fl-ahhar tad-diskors tieghu, is-Sindku Paul Buttigieg ikkwota frazi li Anton kien ihobb jghid - 'Carry on' - u kompla billi qal li 'din il-frazi llejla Anton qed jghida lilna prezenti sabiex inkomplu nahdmu flimkien fil-Kunsill Lokali, fil-Parrocca u fl-ghaqdiet socjali, kulturali u edukattivi Qalin halli flimkien naghtu dak kollu li nistghu u noffru hidmitna bl-ahjar mod possibli ghal gid tal-komunità taghna tal-Qala'.
Wara giet prezentata tifkira lill-familja Camilleri u Clint it-tifel ta’ Anton, ghamel kelmtejn ta’ ringrazzjament ghall-appogg muri maghhom wara l-mewt ta’ missieru. Hu rringrazzja ukoll lill-Kunsill Lokali tal-appogg muri u tal-ghoti ta’ Gieh il-Qala lil missieru.

| < Prev | Next > |
|---|






