Meta l-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar approvat l-estensjoni tal-Freeport f’Birzebbugia, ghamlet dan bi ksur tad-direttiva tal-Environmental Impact Assesment tal-Unjoni Ewropea hekk kif l-impatt socjali u l-impatt tal-hsejjes fuq ir-residenti ma kienux ikkunsidrati.
Id-direttiva 2003/35/EC tezigi li l-awtoritajiet janalizzaw u jistudjaw bir-reqqa x’effett ikun se jkollu fuq ir-residenti u l-ambjent zvilupp ta’ certu kobor li jkun qed jigi kkunsidrat.
Fid-dawl ta’ dan il-Membru tal-Parlament Ewropew Edward Scicluna talab lill-Kummissjoni Ewropea biex tinvestiga jekk l-approvazzjoni ta’ dan il-progett kif saret mill-MEPA kisritx din id-direttiva billi kienu njorati l-effetti li l-progett se jkollu fuq il-komunità ta’ Birzebbugia.
“Kieku l-MEPA wriet li bejn id-decizjoni li hadet kontra sena ilu, u dik li hadet issa favur il-progett, saru l-istudji fuq il-hsejjes u fuq l-impatt socjali fuq ir-residenti ta’ Birzebbugia u anki dawk li jzuruha u tghid dan m’hu vera xejn u sibna xjentifikament li mhux se jkun hemm impatt, kieku kont inkun sodisfatt. Però minn dakollu ma sar xejn u minflok ghandna l-weghda mill-kumpannija li fi zmien sentejn il-prattici taghhom se jkunu friendly mil-lat ambjentali. Però min jinsab f’dar u issa gej dak it-tanker wara biebu b’dawk il-hsejjes ta’ magni u ma jistax jorqod bil-lejl x’assikurazzjoni ghandu? Fejn jaf x’impatt dan se jkollu fuq il-proprjetà, fuq il-mard u l-kwalità tal-hajja,” argumenta l-Profs. Scicluna meta kien qed jispjega l-mottiv tieghu meta ressaq il-mistoqsija quddiem il-KE.
“Id-direttiva hija cara. L-istudji tal-impatt ambjentali ghandom jistudjaw x’inhu l-impatt tal-hsejjes, issir mappa tal-hsejjes sa fejn jaslu, mhux biss ta’ waqt il-kostruzzjoni imma anki ta’ waqt li jkun qed jithaddem il-Port Hieles bl-estensjoni tieghu. Jiena ma jien sodisfatt xejn ghall-fatt li dawn l-istudji ma sarux,” zied jghid Scicluna.
“Ahna m’ahniex kontra l-izvilupp tal-pajjiz però kumpannija u pajjiz li se jigwadanja hafna ghandu jkollu bizejjed biex jikkumpensa lil min se jbati minn dan il-progett. F’pajjizi ohra jinghataw postijiet alternattivi fejn wiehed jista’ jmur joqghod jew isir sound proofing jew mezzi ohra biex jikkumpensaw ghat-tbatija li jkunu se jsofru r-residenti. Meta qed issemi l-gid tal-pajjiz, trid tqis fuq id wahda dak li nibbenefikaw u dak li se nitilfu bhala ambjent , il-kwistjoni tal-istorbju u tbatija. Ghalhekk jiena ghamilt interpellanza fil-Parlament Ewropew dwar dan is-suggett. Ghax jiena nhoss li pajjizi ghandu jimxi fuq din id-direttiva u jissalvagwardja l-interess tan-nies ta’ Birzebbugia,” temm jghid Scicluna.

| < Prev | Next > |
|---|







