Fis-socjetà tal-lum ghandna realtà fejn zdiedu ghall-35% n-numru ta’ persuni li jaghzlu li jizzewggu civilment u mhux bil-Knisja u dawn m’humiex qeghdin jintlahqu mill-korsijiet obbligatorji ta’ preparazzjoni ghaz-zwieg li taghmel il-Knisja.Kien ghalhekk li f’konferenza dwar it-tishih tal-familja li saret il-bierah, il-Kap tal-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista Joseph Muscat sostna li l-Istat m’ghandux jabbdika mir-rwol tieghu fit-thejjija ghaz-zwieg. Rwol li sa illum il-gurnata intefa’ biss fuq il-Knisja.
Muscat sostna li l-Istat ma jistax jitkellem biss dwar familji fis-sod u mbaghad ma jkollux rwol fil-formazzjoni tal-istess familji.
“Ghalhekk, ghandu jitwaqqaf l-Istitut Nazzjonali ghall-Harsien tal-Familja li ghandu jorganizza, b’sinergija u kumplimentarjetà mal-Moviment ta’ Kana, tahrig u thejjija ghaz-zwieg. Nemmen li dan it-tahrig ghandu jikkoncentra dwar ir-relazzjonijiet inter-personali, sahha u edukazzjoni sesswali, tmexxija finanzjarja tal-familja, ghajnuna prattika fit-tqassim ta’ hin, trobbija tat-tfal, u drittijiet legali tal-individwi u l-koppja, fost l-ohrajn,” spjega Joseph Muscat.
Intant huwa rrefera ghall-fatt li jezisti kunsens nazzjonali li meta jkollok familji b’sahhithom ikollok socjetà b’sahhitha. Kien hawn li rrimarka li fl-istess hin li l-familji ghandhom ir-responsabbiltajiet taghhom fiz-zwieg, min qed imexxi l-pajjiz ghandu jipprovdi politika socjali li tghin u mhux tfixkel lill-familji.
“Dmir l-Istat huwa li jara li jnaqqas il-pressjonijiet ekonomici fuq il-familji. Ghalxejn nhabbru skemi u policies biex suppost nghinu lil familji, u ghalxejn nghidu kemm irridu l-ghaqda fil-familja, jekk koppja bid-dhul medju ma tkunx tista’ taghti l-edukazzjoni li tixraq lil uliedha, is-servizz tas-sahha li jixraq lill-genituri taghha, minghajr ma tkun tista’ tqatta’ hin xieraq flimkien.
L-ebda familja ma tippretendi xejn ghal b’xejn. Nahseb izda familja jixraqilha li b’ 40 siegha xoghol tal-breadwinner, u hin limitat u flessibbli ta’ xoghol mill-persuna l-ohra, tkun tista’ taffordja li ttejjeb il-kwalità tal-hajja taghha u taspira li tqatta’ hin liberu flimkien u fil- kumdità,” qal Joseph Muscat.
Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar il-bzonn li jitwaqqaf forum nazzjonali permanenti dwar il-familja li jkun maghmul minn ghaqdiet mhux governattivi, ghal diskussjoni dwar iz-zwieg u t-tishih tieghu, li ghandha sservi ukoll ta’ sfond biex jithejja abbozz ta’ ligi fuq id-divorzju.
"Ghalhekk insostni l-pozizzjoni tieghi li jekk inkun qieghed immexxi l-gvern li jmiss, inressaq ligi dwar id-divorzju fil-Parlament u naghti vot hieles lill-membri tan-naha tieghi,” spjega Muscat filwaqt li esprima t-tama tieghu li anki l-Partit Nazzjonalista jaghti vot hieles.
"Kwalunkwe ligi li tirregola d-divorzju trid tkun serja u mhux xi tip ta’ hrug ta’ emergenza ta’ malajr. Ghandna l-ewwel nittamaw fis-salvazzjoni taz-zwieg u nahsbu fl-interess suprem tal-wild fiz-zwieg biex naccertaw l-anqas impatt negattiv fuq it-tfal, li wara kollox huma l-aktar parti innocenti f’falliment ta’ relazzjoni bejn koppja mizzewwga.
Fi ftit kliem, ghandha tkun ligi li taghti cans tajjeb lill-ewwel zwieg u mhux li thaffef il-proceduri biex jibda t-tieni zwieg,” tenna l-Mexxej Laburista.
Il-htiega ta’ bilanc bejn ix-xoghol u l-familja
Il-laqgha kienet indirizzata wkoll minn mart il-Mexxej Laburista Michelle Muscat li tkellmet dwar diversi temi, fosthom il-bilanc bejn ix-xoghol u l-familja.
“Il-generazzjoni prezenti imxiet pass ta’ ggant fejn jidhlu l-opportunitajiet indaqs bejn il-mara u r-ragel. Li l-mara tohrog tahdem barra mid-dar illum saret xi haga normali. In-nisa ghandhom hafna x’joffru lis-socjetà taghna u lill-ekonomija taghna,” sostniet Michelle Muscat, filwaqt li sahqet li dan ghandu jkun meqjus bhala fattur pozittiv.
Hija ziedet tghid li f’dawn ic-cirkostanzi l-problema li tinholoq hija kif se jinzamm bilanc bejn ix-xoghol u l-familja u dwar kif jistghu jinholqu sistemi li jghinu fil-kisba ta’ dan il-bilanc.
Kien hawn li hija wkoll tkellmet fuq il-pressjonijiet li ghandhom il-familji. “Minkejja li llum hafna mill-koppji jahdmu t-tnejn, xorta wahda nsibu familji li jsibuha difficli biex jaghtu livell ta’ ghajxien xieraq lill-familja taghhom.
Sahansitra ghandna familji li biex ilahhqu mal-hajja jridu jaghmlu tnejn jew tliet jobs f’salt. B’hekk waqt li wiehed ikun qed jirsisti biex jaghti dak kollu li jista’ biex il-familja tghix iktar komda, fl-istess waqt dan ikun qed jherri s-sisien tal-istess familja. Hafna mill-koppji llum il-gurnata minflok jahdmu biex jghixu, qed jghixu biex jahdmu,” sahqet Michelle Muscat.

| < Prev | Next > |
|---|







