Il-Pulizija pprezentat fil-Qorti ta’ Ghawdex akkuzi kontra Mario Camilleri, kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fil-Munxar. Dan b’rabta mal-involviment tieghu f’kaz fejn certu Raphael Axiak instab hati li ghamel uzu minn certifikat falz.
KullHadd huwa nfurmat li l-Pulizija ressqet dawn l-akkuzi kontra Camilleri nhar it-8 ta’ Jannar li ghadda, bl-ewwel smiegh ta’ dan il-kaz huwa skedat ghall-4 ta’ Marzu li gej.
Kienet il-Pulizija stess li kkonfermat dan it-taghrif meta kienet qed twiegeb mistoqsijiet ta’ dan il-gurnal dwar il-kaz.
Raphael Axiak instab hati mill-Qorti li ghamel uzu minn certifikat falz, f’sentenza li kienet ikkonfermata wkoll mill-Qorti tal-Appell.
Mis-smiegh tal-kaz ta’ Axiak irrizulta li kien il-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista Mario Camilleri li ghamel il-firma falza fuq dan ic-certifikat. Firma li suppost kienet tal-kap tal-iskola, li dak iz-zmien kien Carmel Attard.
Mario Camilleri, li kontinwament issemma’ f’dan il-kaz tac-certifikat falz, ghadu sal-lum jirrapprezenta lill-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali tal-Munxar. Il-Partit Nazzjonalista baqa’ jevita li jiehu passi dixxiplinarji, b’hafna kienu qeghdin jistennew sospensjoni bhala minimu.
Anki wara li l-Pulizija ressqet il-kaz taghha, l-Partit Nazzjonalista baqa ma ha l-ebda passi dixxiplinarji.
Fil-Qorti l-kunsillier tal-Parti Nazzjonalista ghazel li ma jixhidx biex ma jinkriminax ruhu.
F’Dicembru li ghadda il-Qorti tal-Appell Kriminali ppreseduta mill-Prim Imhallef Vincent De Gaetano kkonfermat sentenza ta’ prigunerija, sospiza ghal sentejn, fil-konfront ta’ Raphael Axiak li nstab hati li ghamel uzu minn certifikat tal-iskola falz biex b’ingann sfaccat jinghata xoghol fis-servizz pubbliku.
L-uniku tibdil li kien hemm fis-sentenza fl-appell, li sar fuq punt legali u tekniku, kien it-tnaqqis fil-piena minn 17 il-xahar ghal 15-il xahar habs, sospizi ghal sentejn.
Fil-qorti Axiak ikkonferma kif meta applika ghall-hatra ta’ Principal Security Officer fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex ipprezenta certifikat falz li kien mghoddi lilu minn Mario Camilleri mill-Munxar u li dak iz-zmien kien jahdem fil-Ministeru ghall-Ghawdex.

| < Prev | Next > |
|---|







