B’din ir-rebha Valletta rritornaw fl-ewwel post tal-klassifika u kkundannaw lil Hamrun Spartans ghar-relegation pool. Tul l-ewwel taqsima Hamrun qasmu l-loghob ghal hafna hin fejn anki kellhom xi azzjonijiet perikoluzi minn Gaetan Spiteri. Valletta ghalkemm kellhom il-loghba f’idejhom u kellhom hafna mil-pussess tal-ballun ma tantx kienu perikoluzi u skurjaw biss gowl wiehed f’din it-taqsima.
Wara l-mistrieh imbaghad Valletta hargu aktar aggressivi, xxuttjaw hafna minkejja li damu sas-76 minuta biex skurjaw it-tieni gowl li, wiehed irid jghid qata’ ghal kollox qalb il-Hamrunizi. Wara l-leaders tal-klassifika ziedu zewg gowls ohra mill-aqwa skorer taghhom Terence Scerri li kellu loghba tajba ferm.
Valletta kkmandaw, skurjaw u rebhu f’loghba tajba ghalihom kif wiehed jistenna minn plejers ta’ din il-kwalità. L-unika nota kerha kienet it-tkeccija ta’ Doding fl-ahhar tal-partita meta r-rebha kienet diga’ accertata.
Valletta kellhom freekick wara hames minuti loghob ta’ Sammut u daqqa ta’ ras ta’ Scerri li l-gowler avversarju Casha laqa’ izda ma zammx u l-ballun kien ikklerjat mid-difiza.
Fl-14-il minuta xutt perikoluz minn barra l-kaxxa ta’ Spiteri ghal Hamrun, izda l-gowler Hogg ma tqarraqx u tajjar f’korner. Mill-istess korner Hogg hareg u qabad il-ballun fl-gholi.
Fit-22 minuta xutt ta’ Sammut u finta ta’ Cruyff li izda xorta ma qarrqitx bil-gowler Casha li salva tajjeb mal-art.
Fid-29 minuta pass ta’ Briffa lejn Scerri, li dahal fil-qrib mal-gowler li salva ghal darb’ohra mal-art.
Fis-36 minuta azzjoni personali ta’ Doding li qabez zewg difensuri izda imbaghad minn qaghda tajba xxuttja gholi.
Fid-39 minuta minn azzjoni personali ohra ta’ Doding, simili hafna ghal dik ta’ qabilha nfetah li skor. Mix-xellug Doding qabez zewg difensuri, qassam il-barra fejn dahal JAMIE PACE u spara fix-xibka qrib il-lasta l-wieqfa.
It-tieni taqsima bdiet bi kross ta’ Bezzina mix-xellug ghal Valletta u daqqa ta’ ras ta’ Scerri tmur ftit barra.
Fid-59 minuta xutt ta’ Scerri salvat mal-art mil-gowler Casha u fil-65 minuta Bezzina qassam lejn Doding li wahdu minn qaghda tajba xxuttja gholi.
Fit-72 minuta freekick ta’ Sammut salva l-gowler Casha fl-gholi u zewg minuti wara Doding qassam lejn Scerri li x-xutt fil-baxx tieghu ghadda ftit barra.
It-tieni gowl tal-Valletta wasal fis-76 minuta meta Scerri xxuttja, l-gowler Casha laqa’ izda ma zammx u dahal GILBERT AGIUS u spara fix-xibka ghal 2-0.
Bhalma diga’ semmejna dan qata’ qalb il-plejers ta’ li Spartans u ma kinitx xi sorpriza li fit-80 minuta li skor sar 3-0 meta kross ta’ Doding mix-xellug lejn in-naha opposta fejn kien hemm TERENCE SCERRI li bir-ras gheleb lil Casha.
Fit-82 minuta Casha laqa’ xutt ta’ O’Brien izda rega’ ma zammx izda r-referee waqqaf il-loghob ghal offside ta’ Doding.
Fis-87 minuta TERENCE SCERRI ssigilla l-partita ghal Valletta u l-wirja tajba tieghu meta rcieva pass fil-baxx mix-xellug minghand O’Brien u l-bomber Belti ma zbaljax.
Fid-89 minuta tkecca Doding meta rritalja fuq Spiteri.
VALLETTA: Hogg, Borg, Bezzina, Dimech, Cruyff, Sammut (O’Brien 81), G Agius (Gauci 90), Briffa (Falzon 83), Scerri, Pace, Doding.
HAMRUN S: Casha, Bonnici, Attard (Agius 77), Micallef (Caruana 85), Cucciardi, Mifsud, Pereira (Busuttil 81), Spiteri, Hrusba, Mawete, Camion.
REFEREE: Kevin Azzopardi. PLEJER TAL-LOGHBA: Gilbert Agius Valletta
Skurjaw: Jamie Pace (V) (39 min),Gilbert Agius (V) (75 min), Terence Scerri (V) (80, 87 min).

| < Prev | Next > |
|---|







