In-Nazzjonalisti dak iz-zmien kienu ivvutaw kontra kull wahda mill-mizuri msemmija aktar qabel, ghajr wahda, l-emendi ghall-Kostituzzjoni biex Malta saret Repubblika li kienu ntuzaw minn Fenech Adami, Demarco u Ugo Mifsud Bonnici biex igibu t-tmexxija ta’ Borg Olivier f’minoranza, li kien l-ewwel pass biex dan eventwalment jigi mwarrab mit-tmexxija tal-PN minkejja l-glorifikazzjoni u l-hruq ta’ incens li jaghmlulu llum il-gurnata.
Il-Gvern ta’ Dom Mintoff kellu quddiemu fil-Parlament oppozizzjoni mill-aktar zleali, li qatt ma riedet taccetta li tilfet il-gvern fl-1971 u li kienet lesta tahtaf kull opportunità remota jew mhiex biex twaqqa’ dak il-gvern. Kien anki sar tentattiv biex jigi mixtri wiehed mid-deputati Laburisti Anglu Camilleri l-Bedeq biex dan iwaqqa’ l-Gvern. Imma dan kien baqa’ sod u leali lejn il-Partit tieghu minkejja li kien gie mwieghed somma enormi ghal dak iz-zmien.
Stagnat u maqtugh mill-problemi tan-nies
Min-naha tieghu l-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi ukoll qed imexxi b’maggoranza ta’ wiehed. Ghalkemm ghandu quddiemu oppozizzjoni li qed timxi b’lealtà lejn il-pajjiz u li ma tohloqlux problemi fejn ikun hemm fin-nofs l-interessi tal-pajjiz, il-Gvern ta’ Gonzi huwa stagnat fl-ideat, huwa maqtugh mill-problemi tan-nies, u huwa mifni mill-instabbiltà ghax fost l-ohrajn hu insedjat minn 6-7 deputati mill-bankijiet tieghu stess.
Qatt fl-istorja ta’ Malta indipendenti ma kien hawn sitwazzjoni bhal din fejn l-impopolarità tal-Gvern ma titkejjilx biss mis-sondaggi tal-opinjoni pubblika, minn dak li jinghad fl-istampa, imma wkoll mill-fatt li qieghed jigi kkritikat bl-ahrax minn numru mdaqqas ta’ deputati tal-istess partit fil-gvern. L-instabbilità fil-Gvern ta’ Dr. Gonzi waslet sal-punt li l-Parlament bhalissa jinsab wieqaf ghal numru ta’ gimghat sakemm jimtela s-siggu vakat mill-ex-Ministru John Dalli u Dr. Gonzi jkun jista’ jserrah rasu li ghadu jikkmanda maggoranza parlamentari.
Xhieda ohra tal-instabbiltà endemika f’dan il-Gvern huwa l-mod kif gie rikostitwit il-Kabinett wara t-tluq tas-Sur Dalli ghall-Brussell. Bl-iskuza li ried ikompli b’Kabinett iffukat u kumpatt, Dr. Gonzi baqa’ jinsisti li ma jaghmilx reshuffle u tibdil sostanzjali fil-Kabinett, anki jekk fil-pajjiz hawn qbil generali li l-Kabinett kellu bzonn taqliba mill-qiegh. Minn banda Dr. Gonzi pprova juri li minkejja l-pressjoni li saret fuqu biex ibiddel, hu mhux se joqghod ghal ebda rikatt. Mill-banda l-ohra ma riedx jigi f’sitwazzjoni fejn jissodisfa wiehed jew tnejn mid-dissidenti u ma jurta lil bqija. Jibqa’ l-fatt li baqa’ ma biddilx anki fejn kien haqqu jbiddel u f’dan is-sens ma johrogx b’sahhtu xejn minn dan l-ezercizzju u anki jekk ipprova jaghti l-impressjoni li ma jcedi ghall-pressjoni ta’ hadd filfatt qed jispicca ma jistax jiccaqlaq minhabba l-pressjoni ta’ kulhadd.
“Hadd ma gabha vicin il-likk”
Mill-banda l-ohra m’hemmx wisq logika fil-mod kif gew assenjati certi dikasteri taht il-ministri u s-segretarji parlamentari ezistenti. Is-setturi importanti tat-turizmu u tal-ambjent li f’kabinetti precedenti kellhom responsabbli ghalihom zewg ministeri differenti. Illum dawn l-oqsma vitali jinsabu taht ir-responsabbiltà ta’ segretarju parlamentari wiehed.
Il-qasam vast tal-politika socjali, inkluz il-familja, ix-xoghol u t-tahrig, gie abbinat mal-qasam vast l-iehor tal-edukazzjoni taht ministeru wiehed.
Dan in-nuqqas ta’ kuragg u logika fid-decizjonijiet tieghu, Dr. Gonzi ghazel li jipprova jiggustifikah minghajr wisq konvinzjoni, b’battuta pjuttost vojta li minkejja l-ispekulazzjoni kollha li saret dwar tibdil fil-Kabinett “hadd ma gabha” vicin tal-likk. Bhal dak li qallu t-tmexxija tal-pajjiz qisha xi loghba bocci.

Minn FTM
,
March 21, 2010 | < Prev |
|---|






