Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Proposti konkreti ghal pajjiz ahjar

E-mail Print PDF
Share

dsc_6200Fil-jiem ta’ wara l-gheluq tal-Konferenza Generali tal-Partit Laburista, li ntemmet nhar il-Hadd li ghadda bid-diskors tal-Mexxej tal-Partit Joseph Muscat, baqghu jidwu fuq il-media u fid-djar il-proposti konkreti li hargu minn dan id-diskors.

Ma kienux biss l-istazzjonijiet tat-televizjoni u r-radju flimkien mal-gurnali li ddiskutew u tkellmu dwar dan id-diskors li kien meqjus minn bosta bhala diskors ta’ vizjoni. Dwaru tkellmu ukoll wkoll l-irgiel u n-nisa fuq il-postijiet tax-xoghol, il-familji, z-zghazagh u l-istudenti,  kif ukoll l-anzjani.
“B’dak li ghamilna llum qed niktbu l-istorja ta’ pajjizna. B’dak li ghamilna llum il-Partit Laburista, f’salib it-toroq, ghazel it-triq ambizzjuza, ghazel it-triq ghall-futur, ghazel it-triq l-iebsa. Ghazel it-triq ta’ moviment,” stqarr Joseph Muscat.

“Stajna ghazilna l-kumdità li ma niddiskutux. Li ma nistaqsux. Li nhallu kollox l-istess. Li ma nkomplux inbiddlu. Minflok ghazilna t-triq l-iebsa, ghazilna moviment gdid li se jwassalna ghal pajjiz ahjar,” iddikjara l-Mexxej Laburista fit-tmiem ta’ konferenza innovattiva li damet ghaddejja ghaxart ijiem.

Kienu zewg fatturi li ddominaw id-diskors ta’ Muscat.

L-ewwel fattur  kien il-fatt li Muscat tkellem fit-tul u spjega fid-dettall il-principji tal-Partit Laburista, principji li madwarhom irid jinbeda l-moviment gdid ghal pajjiz ahjar. Principji li huma mnaqqxa fil-mozzjoni programmatika li l-Konferenza approvat unanimament.

Izda spikka wkoll il-fatt li ghal darb ohra d-diskors ta’ Joseph Muscat kien jinkludi numru ta’ proposti konkreti.

KullHadd qieghed jaghti harsa fuq fuq lejn il-proposti tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat, ewlenin fosthom dawn li gejin.

Kostituzzjoni

Joseph Muscat tkellem dwar “Kostituzzjoni li tghaqqadna, li tiggwidana u li tghodd ghal zminijietna.” Huwa kien car li wasal  iz-zmien ta’ “tigdid fil-Kostituzzjoni biex tkun tirrifletti l-aspirazzjonijiet ta’ socjetà Ewropea.”

Il-familja

L-ghada, f’konferenza apposta tkellem dwar il-bzonn ta’ mizuri favur il-familja.

Huwa tkellem dwar il-bzonn ta’ drittijiet tal-genituri flessibbli u childcare. Huwa stqarr li veru li l-pajjiz irid jinvesti ammonti sostnazjali ta’ flus f’dawn l-oqsma, izda spjega  kif dan huwa investiment bzonnjuz u necessarju.

“Jiswew izda tant iehor jiswa lil pajjiz li tant nisa huma inattivi u m’ghandhomx l-opportunitajiet li jixraqilhom,” iddikjara Muscat.

“L-Istat jghin mhux biss permezz ta’ skemi, izda billi ma jzidx il-pizijiet, ewlenin fosthom il-kontijiet tad-dawl u ilma, spejjez tas-sahha u edukazzjoni,” sostna Muscat.

Ix-xoghol

Kienet konferenza li fiha l-Partit Laburista mmarka li huwa l-partit tax-xoghol. U anki hawn hargu proposti konkreti favur id-drittijiet tal-haddiema.

“Irridu xoghol produttiv bi drittijiet ta’ veru u bl-Istat jaghti l-ezempju u mhux li jixtri minghand min jabbuza,” qal Muscat filwaqt li zied jghid li huwa jemmen f’sistema fejn “il-Gvern ma jaghtix kuntratti lil min ihallas il-paga b’inqas mill-minimum wage.”

Muscat tkellem ukoll dwar ir-ricerka u innovazzjoni bhala ghodda importanti ghall-ekonomija, is-sahha u l-ambjent.

Il-Qasam Socjali

Ma setax jonqos li hekk kif Joseph Muscat kien qed jitkellem dwar il-valuri u l-principji tal-Partit Laburista, huwa jsemmi l-qasam socjali.

Settur fejn il-Partit Laburista dejjem kien katalist biex iwiezen lil dawk li l-inqas jifilhu fis-socjetà Maltija.

Muscat tkellem dwar “servizzi socjali flessibbli li jghinu lil kull min ghandu bzonn.”

Fost is-setturi l-iktar importanti ghall-Partit Laburista hemm il-qasam tal-anzjani.

“Naghtu lill-anzjani l-mistrieh misthoqq, izda ukoll id-dinjità li jistghu ikunu produttivi permezz ta’ pariri u xoghol,” qal Muscat.

Tkellem ukoll dwar il-protezzjoni mill-abbuzi fejn b’mod car u tond semma l-htiega ta’ ligijiet iktar iebsin.

“Inharrxu legislazzjoni dwar vjolenza fuq anzjani. Naghmlu regolamenti u anki ligijiet biex anzjani jigu protetti anki minn abbuzi ta’ professjonisti.”

Tinghata wkoll importanza lill-persuni b’ dizabbilità li fi kliem Muscat irridu naghtuhom access ghax-xoghol fejn il-ligijiet f’dan is-sens ikunu ligijiet li jigu nfurzati u  mhux ligijiet taparsi.

“Hemm bzonn ta’ patt gdid dwar x’ jigri wara l-mewt tal-genituri ta’ ulied b’dizabbilità,” nsista Muscat.

Bil-problema tal-listi ta’ stennija dejjem jizdiedu Muscat kien car li din is-sitwazzjoni m’hijiex wahda accettabbli u ghalhekk ghamel il-proposta ta’ “Charter ghad-Drittijiet tal-Pazjenti b’waiting times massimi.”

Ekonomija

“Nemmnu fit-tnaqqis ghaqli u sostenibbli tat-taxxi bhala stimulu ghall-ekonomija,” iddikjara fid-diskors tieghu Muscat.

Muscat zied jghid li l-livell ta’ tassazzjoni f’Malta huwa gholi u spjega kif hawn bzonn ta’ livell ta’ tassazzjoni sostenibbli.

“Sistema fiskali kompetittiva u ta’ kwalità jridu jkunu l-cutting edges ta’ pajjizna,” zied jghid l-Mexxej Laburista filwaqt li tkellem dwar setturi ohra bhal m’huma l-biedja u s-sajd.

Huwa sostna li l-biedja u s-sajd ghandhom ikollhom l-ghajnuna kollha mehtiega u mhux ghax huma setturi li jistghu jidhru zghar, ikunu njorati.

Kienet ukoll dikjarazzjoni cara dik li Muscat ghamel dwar Ghawdex.

“Nemmen f’Ghawdex bhala mutur ta’ xoghol,” qal Muscat, filwaqt li zied jghid li Ghawdex jista’ johloq ix-xoghol ghall-Ghawdxin u anki ghall-Maltin ghal dawn li jaghzlu li jahdmu hekk.

Muscat tkellem ukoll dwar l-irwol centrali tas-self employed u negozji zghar. Xi haga li l-Partit Laburista mhux biss tkellem dwarha izda agixxa bil-fatti fejn tul din il-Konferenza waqqaf business forum bil-ghan li jkun hemm diskussjoni kontinwa man-nies tan-negozju.

“Hemm bzonn sistema li tghin u mhux burokrazija li tfixkel,” sahaq Muscat.


Kunsilli Lokali

Il-Kunsilli Lokali jistghu jaghmlu d-differenza fil-hajja ta’ kuljum tac-cittadini u Joseph Muscat iddikjara wkoll it-twemmin tal-Partit Laburista favur iktar devoluzzjoni lejn il-Kunsilli Lokali.

“Il-Kunsill ghandhom ikunu devoluzzjoni genwina u mhux skuza ohra ghal aktar taxxi,” qal Muscat.    

Meritokrazija

Fid-diskors tieghu Muscat tkellem ukoll dwar il-htiega ta’ socjetà mibnija fuq il-meritokrazija.

“Meritokrazija fejn jissewwew l-ingustizzji u kulhadd ikollu l-opportunità juri x’isarraf,” qal Muscat, filwaqt li zied jispjega x’tip ta’ servizz pubbliku jrid ghal pajjizna.

“Servizz Pubbliku fejn jinghata servizz tajjeb u fil-hin. Ir-regola tkun li jekk tmur dipartiment trid tinqeda. Meta tmur f’dipartiment tal-Gvern tinqeda u mhux jghidulek ma tistax tinqeda minhabba regolament jew ligi,” qal Muscat li tkellem ukoll dwar il-hidma tal-Qrati.

Muscat ikkritika d-dewmien li qed ikun hemm fil-qrati u l-problemi li s-sistema prezenti qieghda titfa’ f’wicc ic-cittadini.

“Ma jistax ikun li haddiem jiehu gurnata fuq ohra leave, self employed jahli l-hin biex imur il-Qorti jew dipartiment, imbaghad jghidulu differita jew ma jinqediex. Le jrid ikun hemm drittijiet u hinijiet cari ta’ kif isiru l-affarijiet,” iddikjara Muscat.

Konsumaturi

Ghal darb ohra d-diskors ta’ Muscat iffoka wkoll fuq id-drittijiet tal-konsumatur. Kuncett xi ftit jew wisq gdid ghall-pajjizna li juri l-mentalità Ewropea li Joseph Muscat ghandu anki b’rizultat tal-esperjenza tieghu bhala Membru Parlamentari Ewropew.

“Bzonn ta’ drittijiet godda kemm ghal konsumaturi tal-prodotti u servizzi tal-Istat u tal-privat,” qal Muscat.

Huwa spjega li dan ghandu jsiru b’ “charters ta’ drittijiet cari tal-konsumaturi, inkluz l-introduzzjoni ta’ class action sostenibbli fejn grupp ta’ nies jinghaqdu biex jiehdu azzjoni bil-qorti,” sahaq Joseph Muscat.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata