Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Fi zmien ta’ ricessjoni ma nistghux nghaddu minghajr djalogu socjali” – Toni Abela

E-mail Print PDF
Share

toni_abela_pix_copyWaqt konferenza nazzjonali organizzata mic-CMTU, id-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela ssostna li “id-djalogu socjali huwa importanti f’kull hin u kull mument. F’dinja fejn it-tibdil tekonologiku huwa kontinwu u fejn  l-ekonomija globali sar ikollha cikli ta’ krizijiet aktar spissi, id-djalogu socjali ma nistghux nghaddu minghajru anki fi zminijiet meta l-ekonomija tal-pajjiz tidher sejra tajjeb.”
Toni Abela kompla jsostni li isttrutturi attwali, bhal ma huma l-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku u l-Employment Realtions Board,  ghandhom jinghataw karattru ta’ permanenza, u d-djalogu tripartitarju f’dawn l-istrutturi ikun wiehed aktar frekwenti u regolari.

Dr. Abela staqsa dwar kemm huwa minnu li, mhux biss fi zmien meta l-ekonomija tkun b’sahhitha, izda aktar u aktar fi zmien ta’ ricessjoni, dawn l-istrutturi  tassew qeghdin jilhqu l-miri taghhom? “Kemm tassew qeghdin ikunu rapprezentati s-saffi kollha tas-socjetà fi hdan l-istruttturi attwali f’diskussjonijiet tripartitatrji?”, staqsa Toni Abela.

Id-Deputat Mexxej Laburista sostna li kull wiehed irid jaghmel sforz genwin biex izomm quddiem ghajnejh, li anki jekk fuq medda qasira ta’ zmien decizjoni li ttiehed tista’ tfisser li ser jaghmel xi telf jew li mhux ser jaghmel il-qliegh mistenni  jew li jkollu jcedi ghal xi kundizzjonijiet fuq il-post tax-xoghol, il-mira principali dejjem ghandha tkun li fit-tul it-tishih u titjib tal-kollettività socjali u ekonomika.

Skont Dr. Abela, l-iskop tad-djalogu socjali fi zmien difficli huwa dak li kulhadd imur tajjeb, minghajr kemm jista’ jkun hadd ma jintilef mat-triq fil-mument tal-problemi. La jaghlaq min qieghed ihaddem u lanqas jintilfu impjiegi u l-anqas jaqtghu lura dawk li l-introjtu taghhom huwa minn xi sors socjali li jipprovdi l-Istat.

Dwar il-kaz tat-tariffi tad-dawl u l-ilma, Dr. Toni Abela sostna li dawn laqtu lis-socji socjali kollha negattivament. Kien jidher car li l-membri kollha tal-MCESD, hlief ghal Gvern, kienu fid-dlam dwar dawn it-tariffi.

“Bdew isiru laqghat ta’ ‘konsultazzjoni’ meta fl-atmosfera kienet digà tinhass is-sensazzjoni li dan kien kollu ghal xejn, ghax id-decizjonijiet fuq it-tariffi kienu digà ittiehdu. Il-GWU u l-Forum talbu kemm il-darba li din il-kwistjoni tkun diskussa b’aktar trasparenza, izda ghal xi raguni t-talbiet taghhom waqghu fuq widnejn torox”.

“Din it-tip ta’ attitudni timmina l-ispirtu ta’ djalogu bejn is-socji socjali, spirtu li tant huwa necessarju fi zminijiet ta’ ricessjoni . Ghalhekk il-Partit Laburista jemmen fil-principju ta’ “social and economic transperancy and disclosure” mal-partners socjali.

Il-Gvern ghandu kemm jista’ jkun, ikun frank u trasparenti dwar realment x’inhu l-hsieb tieghu dwar kwistjonijiet ta’ importanza kbira”, sostna Toni Abela.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain Shower Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata