“Il-Kunsilli Lokali qed ikunu strumentali biex jitwassal messagg ambjentali ghal-lokalitajiet billi jkunu holqa bejn inizjattivi ambjentali u il-kommunitajiet tal-lokal.” Dan qalu Stefan Buontempo, Kelliem Ewlieni tal-Partit Laburista ghall-Gvern Lokali f’diskors qasir li ghamel meta bdew jitqasmu madwar 150,000 borza ghar-riciklagg bla hlas lid-djar kollha fl-irhula u l-ibliet li ghandhom Kunsilli Lokali li qeghdin jahdmu mal-kumpannija GreenPak.
GreenPak imbarkat fuq kampanja edukattiva estensiva marbuta ma’ din l-inizjattiva. Bhala l-ewwel pass, il-Kunsill Lokali tal-Kalkara issieheb ma' Green Pak f’kampanja edukattiva fejn se jzuru d-djar kollha tal-Kalkara biex joholqu kuxjenza dwar l-importanza tar-riciklagg u tas-separazzjoni tal-iskart, biex ir-residenti jibdew jirriciklaw jew, jekk digà qed jirriciklaw, jinkoragguhom ikomplu bl-impenn taghhom ghar-riciklagg.
Buontempo sahaq li il-kuncett tas-separazzjoni, huwa l-mentalità ta’ kif ghandna nahsbu ahna ilkoll biex imbaghad ssir parti ntegrali mill-kultura taghna.
Is-Sindku tal-Kalkara Michael Cohen qal li din hi opportunità unika mhux biss ghar-residenti tal-Kalkara izda wkoll ghal generazzjonijiet futuri, u hu fiducjuz li r-residenti tal-Kalkara se jikkoperaw, halli l-Kalkara tikseb l-aqwa percentwal fost dawk li jirriciklaw minn kull lokalità ohra f’pajjizna.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|








