Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ghadu ma lestiex ir-rapport

E-mail Print PDF

vat_Ir-rapport intern dwar l-operat tad-Dipartiment tal-VAT, li kien ikkummissjonat mill-Ministeru tal-Finanzi li kellu jindika fejn fallew is-sistemi interni wara li faqqa skandlu kbir ta’ frodi fl-istess dipartiment, ghadu mhux lest.
Dan ir-rapport kien gie kkummisjonat diversi xhur ilu mill-Ministeru tal-Finanzi bhala reazzjoni ghall-ahbar li harget fil-berah abbuzi li kien ilhom ghaddejin is-snin fid-dipartiment tal-VAT.

Filfatt b’rabta ma’ dan il-kaz 32 persuna tressqu l-Qorti akkuzati b’tixhim.

Iktar kmieni din il-gimgha, fil-Parlament, id-deputat Laburista Joe Mizzi talab lill-Ministru Tonio Fenech biex ipoggi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra. Izda r-rapport ghadu mhux lest, bil-Ministru jghid li  mistenni jkun ghandu fil-gimghat li gejjin.

“Il-bord li gie kummissjonat biex jaghmel rapport fuq id-Dipartiment tal-VAT mistenni li jikkonkludi fil-gimghat li gejjin,” qal il-Ministru dwar dan ir-rapport li qed isir minn bord mahtur minnhu stess.

Minn dak li rrizulta fil-Qorti l-iskandlu fi-Dipartiment tal-VAT jaf il-bidu tieghu sitt snin ilu. Dan ifisser li l-abbuz ta’ eluf kbar ta’ ewro f’dan id-Dipartiment kien ghaddej fi zmien li Lawrence Gonzi, apparti milli kien Prim Ministru, kien ukoll Ministru tal-Finanzi b’responsabbilità politika diretta ghad-Dipartiment tal-VAT.

Sa iktar minn sena qabel ma kien zvelat l-iskandlu tal-VAT, l-Awditur Generali kien ta rendikont shih tan-nuqqasijiet u irregolaritajiet fid-Dipartiment tal-VAT.

Fost l-irregolaritajiet li ssemmew kien hemm zewg kazijiet, wiehed ta’ madwar  €2 miljun u kaz iehor ta’ ftit  ‘il fuq minn €1,000 li kienu mnizzla fuq numru tal-VAT inezistenti.

Jirrizulta li minkejja l-appelli tal-Awditur Generali, bil-fatti kien baqa’ ma sar xejn.

F’Ottubru li ghadda Tonio Fenech kien qal li dan il-bord ghandu jinvestiga jekk l-abbuzi kienu kagun tal-istruttura tad-dipartiment tal-VAT jew ta’ nuqqas ta’ sorveljanza. Kien qal ukoll li meta jsirulu r-rakkomandazzjonijiet jiehu l-passi li jkun hemm bzonn.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura