L-ammont dovut mill-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) lil mijiet ta’ persuni li applikaw taht din l-iskema ta’ bdil tal-gallariji mhabbra fi zmien l-elezzjoni jlahhaq in-nofs miljun ewro.
Ikkonferma dan il-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta fil-Parlament kien qieghed iwiegeb ghall-mistoqsijiet tad-Deputat Laburista Roderick Galdes.
Il-MEPA “rceviet ‘il fuq minn 590 applikazzjoni biex isiru xoghlijiet fuq il-gallariji tal-injam,” qal Lawrence Gonzi fil-Parlament.
“Bhalissa gew imhallsa 202 applikazzjoni, hemm 392 applikazzjoni pendenti li minnhom 64 ghandhom qed jigu pprocessati minhabba diversi ragunijiet ta’ diskrepanzi fl-applikazzjonijiet milqghuha,” zied jghid Gonzi.
Ghexieren ta’ persuni ilhom ghal zmien twil jilmentaw li wara li applikaw taht din l-iskema, l-MEPA ilha tkaxkar saqajha xhur biex thallas dak dovut minnha.
L-ghan ta’ din l-iskema kien li bi tharis tal-gallarija tipika Maltija tal-injam, jigi mhares il-karattru tal-irhula u l-ibliet Maltin.
Din l-iskema kienet imbuttata bil-kbir mill-Ministru tal-Ambjent George Pullicino. Kienu bosta l-okkazjonijiet fejn Pullicino ftahar b’din l-iskema. Fost ohrajn huwa ghamel dan fl-20 harga tan-newsletter li huwa jqassam lill-kostitwenti tieghu li giet ppubblikata fl-20 ta’ Ottubru 2007.
“L-iskema mhux se tkun means-tested. Igifieri jista’ jibbenefika minnha kulhadd, irrispettivament mid-dhul finanzjarju tieghu,” ftahar Pullicino dwar din l-iskema li qabel l-elezzjoni kienet irreklamata bil-kbir.
Skont din l-iskema, residenti setghu japplikaw biex jircievu ghajnuna finanzjarja li tkopri 60% tal-ispejjez, liema ghajnuna kienet qed tinghata sa massimu ta’ €1,398 (Lm600).
Kienu hafna dawk li kkonkorrew, izda bhal ma gara fil-kwistjoni tas-solar water heaters, il-gvern qieghed ikaxkar saqajh biex jirrifondi parti mill-flus li jkun nefqu n-nies.

| < Prev | Next > |
|---|






