Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Appell lil Mepa biex thares is-sistema tal-widien

E-mail Print PDF
Share

wied_tal_margaL-ghaqdiet ambjentali Ramblers, Flimkien ghal Ambjent Ahjar u Friends of the Earth il-bierah ghamlu appell lill-Bord ghall-Kontroll tal-Izvilupp tal-Mepa biex ma jkomplix ghaddej bil-linja ta’ decizjonijiet li ha s’issa li ser tispicca teqred darba ghal dejjem is-sistema tal-widien f’Malta u Ghawdex. Wara li dan il-Bord ghamel kull ma seta’ biex johrog il-permess ghall-izvilupp fil-Wied mhux mittiefes tal-Bahrija, issa jidher, il-Mepa firxet is-sodda biex fil-laqgha ta’ nhar it-Tlieta li gejjin 16 ta’ Frar dan il-Bord johrog l-ewwel minn zewg permessi ferm kontroversjali ghall-izvilupp fil-Wied tal-Marga fil-Qala, Ghawdex.
Dawn mhumiex xi progetti pubblici mahsuba biex inaddfu jew isebhu l-wied,  imma progett biex jinbena blokk ta’ appartamenti  b’garaxx taht il-livell tat-triq, waqt li l-iehor biex jinbnew hamest idjar bis-swimming pools. Huma zewg progetti li jistghu jharbtu l-Wied tal-Qala mil-lat ta’ xenarju, mil-lat ekologiku u ghal dak li hu skular u hazna tal-ilma.

Dawn l-ghaqdiet ambjentali komplew isostnu li l-Mepa xejn m’hija qed tinkwieta bil-fatt li dawn iz-zewg zviluppi huma mfasslin li jsiru fuq art li fil-parti l-kbira taghha fuqha ma jistax isir zvilupp (ODZ). Lanqas ma jidher li hu ta’ importanza ghal Mepa l-fatt li dawn l-progetti jmorru kontra l-‘policies’ li suppost jirregolaw il-widien u l-migriet.

It-tlett ghaqdiet ambjentali esprimew it-tama li fis-16 ta’ Frar id-DCC tiehu decizjoni rragunata li tkun taghti importanza hafna akbar lill-pariri tal-esperti milli lil certi fehmiet ‘prima facie’. L-NGOs heggew wkoll lil Mepa biex tiehu bl-akbar serjetà l-irwol li ghandha bhala l-ghassiesa tal-wirt kulturali u naturali ta’ pajjizna ghax hekk jitlob l-ahjar interess nazzjonali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata