Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Fis-sala tal-maternità m’hemmx social cases” – Paul Pace MUMN

E-mail Print PDF
Share

Il-fatt li l-problema tan-nuqqas ta’ sodod fl-isptar Mater Dei waslet sas-sala tal-maternità, tixhed kif ghall-kuntrarju tal-impressjoni li qieghed jipprova jaghti l-gvern, m’humiex biss il-kazijiet socjali li qeghdin iwasslu ghall-krizi ta’ sodod f’dan l-istess isptar.
Ikkonferma dan mal-gurnal KullHadd, il-President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN), meta kien mitlub jikkummenta fuq storja ppubblikata minn dan il-gurnal nhar il-Hadd li ghadda fejn omm irrakkontat kif spiccat twelled fuq stretcher.

Pace sahaq li dak li rrapporta dan il-gurnal u l-problemi ta’ sodod fis-sala tal-maternità huma haga ta’ kuljum.

“Din il-problema ilha ghaddejja zmien twil. Kemm -il darba l-midwives u n-nurses qajjmu ommijiet f’nofs ta’ lejl, fis-saghtejn u fit-tlieta ta’ filghodu biex jaghmlu spazju ghal min jidhol gdid,” spjega Pace.

“Il-problema li l-ommijiet ma jkollhomx fejn iwelldu niltaqghu maghha hafna, izda l-ikbar problema tibqa’ li m’ghandniex fejn inpogguhom wara li jwelldu,” zied jghid il-President tal-MUMN li dwar dawn il-problemi jitkellmu mieghu kull jum l-infermiera li jhabbtu wicchom maghhom.

Mistoqsi x’jikkumenta dwar id-dikjarazzjoni tas-Segretarju Parlamentari Mario Galea li rabat il-problema ta’ nuqqas ta’ sodod f’Mater Dei mal-kazijiet socjali ta’ anzjani li jithallew fl-isptar ghax m’ghandhomx min jiehu hsiebhom, Pace jghid car u tond li fis-sala tal-maternità m’hemmx minn dawn il-problemi.

“Le fis-Sala tal-Maternità m’hemmx social cases. Din m’ghandiex x’taqsam. Ilni nghidha din, mill-esperjenza rrizulta li Mater Dei huwa zghir. Fil-kaz tal-maternità irridu nghidu li f’Mater Dei hemm sala inqas minn kemm kien hemm fl-isptar San Luqa,” temm jghid ma’ KullHadd Paul Pace.

Sitwazzjoni perikoluza 

Dwar il-problema ta’ nuqqas ta’ sodod fil-Mater Dei, fl-ahhar jiem tkellmet ukoll l-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) li tirrapprezenta lit-tobba.

“Hawn din id-decizjoni li n-nies jinzammu jistennew go l-emergenza. Ahna t-tobba responsabbli ghall-pazjenti qed nghidu li mhux sew li jitpoggew f’post fejn la hemm toilet, la hemm fejn tinhasel, la hemm fejn mara tezamina fil-privatezza, issa tlifna l-elementi bazici, mhux qed nitkellmu fuq tekonologija, qed nitkellmu fuq affarijiet essenzjali tal-medicina,” iddikjara ma’ ONE News il-President tal-MAM it-tabib Martin Balzan.

“Dan mhux accettabbli,” nsista Balzan.

“Din id-decizjoni li nipprovaw nzommu nies 24 siegha fl-emergenza hija perikoluza ghall-pazjent, m’hijiex accettabbli u nehhiet id-dinjità tal-pazjent,” sostna Balzan.

Quddiem dan kollu il-Ministru tas-sahha Joe Cassar li fl-ahhar sentejn kien responsabbli ghall-istess settur bhala segretarju parlamentari qal hekk: “Hija wahda mill-isfidi qeghdin nindirizzawha. Hemm diversi metodi kif tindirizza. Fost dawk hemm li l-isptar ikollu processi ahjar, illi jkun hemm kura ahjar fil-komunità u li fl-ahhar mill-ahhar ikun hemm l-edukazzjoni. Kampanja edukattiva.”

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata