Sliema Wanderers..................2Hibernians..............................2
(HT 1-1)
Tmiem drammatiku ghal din il-partita, fid-89 minuta Sliema jiksbu l-gowl tad-draw meta huma kienu qed jilghabu b’disa’ plejers wara li tkeccewlhom zewg plejers. Sliema Wanderers bdew il-partita tajjeb b’loghob veloci u attraenti li filfatt kienu qed juru fl-ahhar partiti taghhom. Huma kellhom diversi okkazjonijiet lejn il-lasta avversarja u kien bl-interventi tajbin ferm tal-gowler tal-Hibs, Muscat li Sliema ma skurjawx aktar f’din it-taqsima.
Wara li tkecca l-ewwel plejer Slimiz lejn tmiem l-ewwel taqsima u l-Hibs kisbu d-draw mil-penalty tal-istess azzjoni huma qamu fuq taghhom. Hawn ta’ min isemmi li l-gowler Slimiz ukoll kellu partita tajba b’diversi saves tajbin u bhall-avversarju tieghu fil-lasta opposta hu wkoll kellu mertu kbir li Sliema ma sofrewx aktar gowls.
Sliema li minkejja li kienu b’disa’ plejers qatt ma cedew u baqghu psikologikament u fizikament b’sahhithom u ghalhekk li kien haqqhom li jiksbu punt minn din il-partita. B’dan ir-rizultat Sliema jistghu jghidu li s-sensiela pozittiva taghhom kompliet fost l-apprezzament vizibbli tal-partitarji taghhom.
Fl-20 minuta pass ta’ Woods lejn Faella u kien pront hareg minn postu l-gowler Muscat biex anticipa f’korner. Fit-32 minuta wasal l-ewwel gowl. Freekick ta’ Mintoff ghas-Sliema, Mifsud miss il-ballun lejn IVAN WOODS li mill-qrib hafna tefa’ fix-xibka.
Fit-35 minuta xutt ta’ Mifsud Triganza fil-baxx u save tajjeb tal-gowler Muscat. Zewg minuti wara Mintoff qassam lejn Mifsud Triganza u x-xutt b’sahhtu ta’ dan mill-qrib rega’ pproduca save tajjeb iehor mill-gowler Muscat fil-lasta tal-Hibs.
Fid-39 minuta xutt ta’ Woods u Muscat rega’ kien protagonist bit-tielet save infila tieghu biex zamm lit-tim tieghu fil-loghba.
Fil-41 minuta xutt ta’ Paris ghal Hibs, salva b’idejh Fenech li tkecca u r-referee saffar ghal penalty li ANDREW COHEN ma falliex.
Hawn Hibs bdew jidhru ferm ahjar u xutt fil-baxx perikoluz ta’ Morelato kien salvat tajjeb f’korner mil-gowler Agius.
It-tieni taqsima kompliet bil-Hibs ikunu ferm ahjar u kross ta’ Cohen mil-lemin fil-50 minuta, lejn Pulis li xxuttja, izda l-gowler Agius salva b’siequ gowl cert.
Fit-53 minuta kross ta’ Pulis mix-xellug, xutt centrali ta’ Callejas u jerga’ jsalva Agius. Zewg minuti wara freekick ta’ Cohen, Xuereb inizzel bir-ras lejn Pulis li ma laqatx mill-qrib.
Fit-58 minuta freekick iehor, din id-darba ghas-Sliema minn Faella, jsalva mal-art f’korner il-gowler Muscat.
Fit-62 minuta kross ta’ Muscat ghas-Sliema u daqqa ta’ ras ta’ Mifsud Triganza, jsalva mal-art il-gowler Muscat.
Fit-68 minuta s-sostitut Barbara tal-Hibs qassam lejn J Caruana, xutt mill-ewwel u save sabih tal-gowler Agius f’korner.
Fit-76 minuta wasal it-tieni gowl tal-Hibs. Azzjoni personali ta’ ETIENNE BARBARA li qabez avversarju, avvanza u fajjar xutt fil-baxx li spicca fir-rokna tax-xibka.
Fit-80 minuta daqqa ta’ harta ohra ghas-Sliema meta tkecca Muscat wara li waqqa’ lil Cohen. Mill-freekick moghti mill-istess Cohen, dan laqat il-lasta l-mimduda.
Fit-88 minuta Cohen qassam lejn Morelato u l-gowler Agius hareg jimblokka qabel l-attakkant tal-Hibs seta’ jixxuttja.
Fid-89 minuta kellna t-tmiem drammatiku meta b’disa’ plejers Sliema jiksbu l-gowl tad-draw. Korner ta’ Faella, ballun ikklerjat sa ftit barra l-kaxxa fejn kien hemm il-veteran plejer tal-Wanderers IVAN WOODS li b’xutt b’sahhtu ghar-rokna kiseb id-draw misthoqq ghas-Sliema.
SLIEMA W: Agius, Muscat, Azzopardi, Mifsud, Fenech, Mifsud Triganza (Gatt Baldacchino 92), Woods, Dronca, Ciantar (Al Corse 85), Mintoff (Turner 61), Faella.
HIBS: Muscat, J Caruana, Herrera, Pulis, Xuereb, T Caruana (Barbara 59), Callejas (B Camilleri 87), R Camilleri, Lopez Depina, Morelato, Cohen.
REFEREE: Paul Caruana PLEJER TAL-LOGHBA: Mario Muscat Hibernians
Skurjaw: Ivan Woods (S) (32 min), Andrew Cohen pen (H) (41 min), Etienne Barbara (H) (76 min), Ivan Woods (S) (89 min).

| < Prev | Next > |
|---|






