B’kumbinazzjoni bejn is-26 u it-28 ta’ Jannar li ghadda kien hemm l-International Gaming Expo f’Earl’s Court L-Ingilterra, fiera internazzjonali dwar il-loghob tal-azzard.
B’kumbinazzjoni fis-sala fejn kienet qeghdha ssir din il-fiera, intlemhu jitkellmu l-ex-segretarju-generali tal-PN Joe Saliba, certi Johann Schembri operatur tal-loghob tal-azzard f’Malta u certu Joe Borg li huwa ufficjal tal-Gaming Authority ta’ Malta.
M’hemmx dubbju li dawn iltaqghu b’kumbinazzjoni. B’kumbinazzjoni ohra ghax lanqas temmen kif jigru l-affarijiet, Joe Saliba u dan Johann Schembri regghu intlemhu flimkien fl-ajruport ta’ Heathrow jiehdu kafè u lanqas temmen ma’ min, mas-CEO tal-Malta Gaming Authority, Ruben Portanier.
Ighidu li Malta zghira hafna, imma ghax tghid, b’kumbinazzzjoni, bhal donnu l-Ingilterra izghar minna.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






