Friday
Sep 10th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Il-mejda tant ilhom iduru maghha li storda kulhadd”

E-mail Print PDF

bencini“Il-poplu jrid juri l-ghadab tieghu u se jkollu okkazjoni biex juri dan b’mod mill-iktar civili. Ghadu ftit kmieni imma m’hemmx dubju li din il-protesta se tkun wahda success.”
Iddikjara dan ma’ KullHadd, John Bencini, chairman tal-Ghaqda Unions Maltin (GHUM) l-ghada li l-istess GHUM sejhet protesta nazzjonali ghat-28 ta’ Frar kontra z-zieda esagerata fit-tariffi tad-dawl u l-ilma.

Mistoqsi xi jwiegeb ghall-kummenti li dawn l-affarijiet jissolvew madwar mejda, Bencini qal li kien perpless b’dawn il-kummenti.

“Il-mejda tant ilhom iduru maghha li storda kulhadd,” qal Bencini filwaqt li rrimarka li huwa l-gvern li wassal lill-haddiema Maltin biex jipprotestaw.

“Il-gvern se jgieghel lilna biex naghmlu protesta minhabba l-mod kif qed jittratta lill-haddiema fil-kwistjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma,“ spjega Bencini.

“Il-bierah rajt l-ahbarijiet u smajt lil Gejtu Vella jghid li l-affarijiet jigu solvuti madwar mejda. Jiena perpless, ghax l-istess persuna kien qal pubblikament, ghax smajtu jiena, li t-tariffi saru minn wara dahar il-membri tal-MCESD. Ma nafx kif issa jghid li jrid isolvihom madwar mejda,” tenna Bencini li sahaq li protesta bhal dik tat-28 ta’ Frar hija dritt tal-haddiema.

“Din hija protesta bhal ma jaghmlu fil-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea. Jiena mmur Brussell spiss u hemm dejjem nara li qed isiru protesti. Ma nistax nifhem kif hemm min qieghed jghid li mhux il-mument jew spicca zmien il-protesti. Fl-Ewropa l-protesti mhux spiccaw imma qeghdin jizidiedu,” sahaq Bencini filwaqt li estenda l-istedina lis-CMTU biex jinghaqdu mal-GHUM “ghax huma biss jonqos.”

Il-protesta nazzjonali se ssir il-Hadd 28 ta’ Frar fit-3:30 pm, minn Bieb il-Belt u dakinhar l-GHUM se thabbar “it-tieni pass” taghha.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Partly Cloudy / Wind Sunny Sunny Mostly Sunny
22C 29C 29C 28C 28C
Fri Sat Sun Mon Tue

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura