Ikomplu l-attakki horox fuq it-tmexxija tal-PN minn inhawi l-inqas mistennija, waqt li Lawrence Gonzi jaghzel it-triq li kwazi ma jbiddel xejn fil-Kabinett, biex hadd minn dawk li kienu qed jippretendu li kien haqqhom xi inkarigu ministerjali ma jkun jista’ jghid “ghalfejn lil dak u mhux lili wkoll”. Fl-istess hin it-tibdil li hu tant mehtieg li jsir fil-Kabinett fl-ahjar interess tal-pajjiz, baqa’ ma sarx minhabba l-problemi interni li ghandu Lawrence Gonzi fi hdan il-Grupp Parlamentari tieghu.
Id-decizjoni tal-Prim Ministru Gonzi li ma jhallix l-Enemalta u l-Water Services taht ir-responsabbiltà ministerjali tal-Ministru Austin Gatt, filwaqt li tista’ tfisser tbezbiza ghall-istess Gatt , taf tkun ukoll il-mod kif il-Gvern Nazzjonalista jibda jdawwar ir-rotta u jrattab xi ftit il-pozizzjoni tieghu dwar il-kontijiet esagerati tad-dawl u l-ilma li ghadu kif impona fil-bidu ta’ Jannar li ghadda.
Bl-arja zejda u l-mod arroganti kif Gatt iddefenda l-pozizzjoni tal-Gvern dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed joholqu tbatija kbira ghal hafna familji Maltin u Ghawdxin, ftit li xejn kien hemm tama li Dr. Gonzi seta’ johrog mill-isqaq li dahal fih il-gvern tieghu. B’Austin Gatt barra mix-xena fejn jidhlu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u anki ghal dak li jikkoncerna l-kwistjoni tahraq l-ohra tal-ghoti tal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, il-Gvern Nazzjonalista jaf ikollu aktar flessibbiltà u spazju fejn jilaghab, ladarba l-Enemalta issa se tkun taht ir-responsabbiltà tal-ministru Tonio Fenech u tal-accounting kreattiv tieghu.
Flok biddel dahal fi strait jacket
Lawrence Gonzi rinfaccjat bil-possibbiltà li jcaqlaq xi ftit jew hafna mis-siggijiet madwar il-mejda tal-Kabinett wara t-tluq ta’ John Dalli, flok ma hataf l-opportunità biex ibiddel fejn kellu bzonn ibiddel, spicca minflok dahal fi strait jacket. Quddiem il-pressjoni li ilhom jaghmlu fuqu numru ta’ backbenchers, Dr. Gonzi gharaf li jekk jaghti hatra lil xi wiehed jew tnejn minnhom, kien se jkun qed jidher fil-percezzjoni pubblika li hu jhalli l-pressjoni taghmel bih, jekk mhux ukoll li joqghod ghar-rikatti. Imma biex ihalli kollox kwazi kif kien, f’Kabinett li gja kien zghir hafna, flok zied u rranga kull fejn kellu bzonn, Dr. Gonzi issa spicca b’segretarju-parlamentari inqas milli kellu.
Gonzi hadem fuq l-idea li jkun ahjar flok ‘iferrah’ wiehed jew tnejn u jiddizappunta sitta jew aktar, ihalli lil kulhadd b’xiber imnieher. Huwa u jaghmel dan, spicca b’Kabinett imgebbed sal-punt li certi ministri llum ghandhom kawlata shiha f’dawk li huma responsabbiltajiet ministerjali. Hu minn Dolores Cristina li mal-qasam tal-edukazzjoni li digà kellha, issa din spiccat ukoll bil-politika socjali fuq il-platt taghha, inkluz il-familja, ix-xoghol u t-tahrig, responsabbiltajiet li kien hemm drabi taht Fenech Adami bhala Prim Ministru fejn kienu jaqghu taht tliet ministri differenti.
L-istess fil-kaz ta’ certi segretarji-parlamentari bhal Mario Demarco, dan spicca mghobbi b’responsabbaltijiet ferm akbar mit-turizmu li gjà kellu, issa ghandu wkoll l-ambjent u l-kultura.
JPO bl-isplengun
Ghall-insistenza ta’ Gonzi li ma jdahhalx demm gdid il-Kabinett, ghad irridu nistennew u naraw x’se tkun ir-reazzjoni tad-Deputati Nazzjonalisti li ilhom jindikaw f’dawn l-ahhar xhur, anki pubblikament, kemm huma urtati bil-mod kif qed jigu ttrattati l-backbenchers.
Hekk kif harget l-ahbar li Gonzi ftit li xejn caqlaq il-putruni tal-Kabinett, fil-pront hareg Jeffrey Pullicino Orlando bl-isplengun li Gonzi ried jaqla’ lil Giovanna Debono mill-Ministeru ghall-Ghawdex, imma din sabtet saqqajja u rnexxielha tibqa’ fejn hi. Il-messagg implicitu ta’ JPO f’dakollu kien li l-awtorità ta’ Gonzi hi nsidjata mhux biss mill-backbench imma anki mill-frontbench u jekk ir-‘rikatt’ kif sejjahlu l-Perit Philip Mifsud, ma jahdimx fuq Gonzi, it-tisbit tas-saqajn ta’ certi ministri hadem.
Interessanti kien il-fatt li l-OPM hareg jichad ir-rapport ta’ ONE News dwar it-transfer li Gonzi ried jaghti lil Giovanna minn Ghawdex ghall-Malta, imma mkien ma ssemma f’din ic-cahda dak li kien qal Jeffrey Pullicino Orlando li fuqu kien ibbazat ir-rapport tal-ONE.
Jekk l-istqarrija tal-OPM kienet qed tgiddeb lil xi hadd, kienet qed tgiddeb lil JPO, deputat tal-Gvern aktar milli lil ONE News.
Cahda kurjuza
Kurjuz hafna kienet ifformulata din ic-cahda tal-OPM “li mhux veru li l-Prim Ministru ma xtaqx li s-Sinjura Debono tibqa’ Ministru ghall-Ghawdex”. Ta’ min ifakkar li anki fil-kaz ta’ Louis Galea, Gonzi fl-istess nifs Ii qallu kemm xtaqu li jibqa’ Speaker, dendillu l-karrotta tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex dan ma jibqax aktar Speaker. U bl-istess mod kurjali, lil Giovanna wkoll probabbilment qalilha ‘nixtieqek tibqa’ Ministru ghal Ghawdex, imma l-pajjiz ghandu bzonnok f ‘kariga aktar importanti f’Malta bhala Ministru tal-Edukazzjoni.’
Gonzi mistenni jerga’ jiehu cans ma’ Giovanna billi joffrilha l-kariga ta’ Speaker hekk kif din titbattal mat-tluq ta’ Louis Galea lejn il-Lussemburgu f’Mejju li gej, imma ftit li xejn hemm cans li din taghmel il-wisa’ mill-fodsqa tal-voti taghha f’Ghawdex biex tpaxxi lil Chris Said.
Intant fl-isfond ta’ dakollu hemm il-bibien tal-Parlament maghluqin ghal waqfa ta’ tliet gimghat sakemm Dr. Gonzi jerga’ jsib saqajh u jkun jista’ jaccerta ruhu li ghad ghandu ‘a workable majority’ fil-Parlament.
Fuq l-agenda tal-Parlament daqt iridu jitilghu mozzjonijiet importanti tal-Oppozizzjoni dwar l-ghoti tal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara u dwar it-trariffi l-godda tad-dawl u l-ilma. Hemmhekk ikun interessanti ferm wiehed jara x’pozizzjoni se jiehdu b’mod partikolari deputati Nazzjonalisti min-naha ta’ isfel ta’ Malta bhal Franco Debono u Jesmond Mugliett li kemm –il darba esprimew it-thassib serju taghhom dwar kif qieghda topera l-Enemalta kemm bhala power station ta’ Delimara anki f’dik tal-Marsa.
Matul din il-gimgha nghaqdu elementi ohra fil-kor tad-dissidenti Nazzjonalisti li qed jesprimu apertament l-ugiegh u t-thassib taghhom dwar it-tmexxija tal-Gvern.
F’intervista mal-gazzetta Illum, l-ex-ministru Nazzjonalista Michael Falzon qal li fil-backbench Nazzjonalista tezisti frustrazzjoni ghax hemm bosta deputati li qed ihossuhom eskluzi mill-process tal-hidma tal-Gvern. Skont Falzon din il-frustrazzjoni donnha thalliet tikber ghax hadd ma ta kasha, bil-konsegwenza li nfirxet sew fuq il-backbench tal-Gvern. Falzon isostni li tant dahlet apatija fil-grupp parlamentari Nazzjonalista li hemm diversi ex-ministri u deputati li fadlilhomx aktar hajra li jergghu jikkontestaw l-elezzjoni, xi haga li qatt ma grat bhalha fl-istorja tal-PN.
“Pariri hziena”
Michael Falzon kompla jghid li meta dawn id-deputati Nazzjonalisti juru d-dwejjaq taghhom fil-pubbliku, bla ma jridu dawn qed jittrasmettuh ukoll lill-votanti taghhom. Skont il-Perit Falzon “in-nies qed tara konfuzjoni shiha fuq il-bankijiet tal-Gvern u jekk din l-impressjoni ma titbiddilx, se jkun difficli ferm ghall-PN meta jigi biex jaffronta elezzjoni generali….Il-Prim Ministru qed jinghata pariri hziena u ghalkemm hu maghruf li Dr. Gonzi jiehu d-decizjonijiet hu, dawk l-istess decizjonijiet huma mibnija fuq il-pariri li qed jinghatawlu u f’hafna cirkostanzi qed jirrizultaw li huma hziena”.
Michael Falzon irrefera wkoll ghar-ras iebsa ta’ Lawrence Gonzi meta xehet imbekkata li tista’ tittiehed ukoll fil-kuntest tad-decizjoni li dan ha aktar tard din il-gimgha li ma jaghmilx tibdil ta’ sustanza fil-Kabinett. Skont Falzon “li tkun determinat fil-politika tfisser li tibqa’ ssostni d-decizjonijiet tieghek li hi haga tajba, izda hu difett jekk ir-ras iebsa tikkmandak u ma tkunx flessibbli. Fil-politika jehtieg ikollok il-kuragg ukoll li taghmel il-u-turns jekk hemm bzonn”. Falzon qal ukoll “li donnhom il-ministri mhumiex iffukati fuq xogholhom u l-Prim Ministru hu distratt b’hafna kwistjonijiet redikoli u mhux qed jithalla jagixxi ta’ Kap tal-Ezekuttiv”.
Deputat Nazzjonalista iehor li tkellem fil-miftuh u kkritika bil-qawwa aspett importanti tal-politika tal-Gvern tal-partit tieghu kien it-tabib Jean Pierre Farrugia meta aktar kmieni din il-gimgha tkellem dwar ir-riformi proposti mill-Gvern fil-kura primarja tas-sahha. Nhar it-Tnejn fil-Parlament Dr. Farrugia attakka r-riformi proposti u sostna li partijiet mis-sistema mfassla mill-gvern mhux se jkunu jistghu jithaddmu. Huwa kkritika l-fatt li l-White Paper li giet ippubblikata m’hi dokument konsultattiv xejn ghax uhud mill-proposti li fiha gjà bdew jitwettqu fil-prattika.
Dr. Farrugia sostna wkoll Ii pajjizna huwa ffaccjat b’diversi problemi serji imma l-Gvern mhuwiex jiehu l-affarijiet bizzejjed bis-serjetà. Is-sistema li qed jipproponi l-Gvern, inevitabbilment se twassal biex it-tobba tal-familja jghollu l-hlasijiet taghhom, sostna Dr. Farrugia, minkejja li l-Gvern f’leaflet li ntbghat fid-djar kollha qed jghid li l-pazjent mhux se jidhol fi spejjez addizzjonali jekk juza s-sistema l-gdida.

| < Prev | Next > |
|---|






