Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Musumeci jisfida lil Gonzi

E-mail Print PDF
Share

musumeci_2Is-Sindku tas-Siggiewi Robert Musumeci sfida lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta l-bierah tefa’ n-nomina tieghu ghall-elezzjoni kazwali fuq is-sitt distrett elettorali.
Lawrence Gonzi ma riedx lil Musumeci jitfa’ l-kandidatura tieghu, tant li minn taghrif li ghandu KullHadd, Gonzi qal dan lil Robert Musumeci f’wiccu f’laqgha li ghaliha kien hemm ukoll is-Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier.

Fl-istess waqt kienet ghaddejja wkoll kampanja qalila fejn Musumeci safa taht attakk feroci, fuq il-blogg ta’ opinjonista Nazzjonalista notorja.

Minkejja dan, il-bierah, fit-tieni jum li l-Kummissjoni Elettorali kienet qed tilqa’ n-nomini, Robert Musumeci tefa’ l-kandidatura tieghu.

Mistoqsi  minn dan il-gurnal x’kienet ir-raguni li ghazel li  jikkontesta din l-elezzjoni kazwali, hu sostna li : “Huwa process naturali li wiehed jikkontesta fl-elezzjoni kazwali, la jiena parti  mill-mekkanizmu.”

Anki t-Tabib Peter Micallef u kunsillier tal-Partit Nazzjonalista tefa’ l-kandidatura tieghu ghas-siggu tbattal  wara li John Dalli sar Kummissarju Ewropew.

Eligibbli wkoll ghal din l-elezzjoni kien l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti Louis Galea, li ddikjara li mhux se jitfa’ n-nomina tieghu u minflok se jkun appuntat fil-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.

Minkejja li z-zewg kandidati li kellhom cans jitfghu n-nomina ghamlu dan, il-process li bih jintlaqghu n-nomini se jibqa’ miftuh sa nhar it-Tlieta bl-elezzjoni kazwali  issir nhar il-Hamis li gej 18 ta’ Frar.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Rain Shower AM Light Rain / Wind Scattered Showers Scattered Showers PM Showers
7C 10C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata