Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-mixja minn partit ghal movement

E-mail Print PDF
Share

dscn1356Hekk kif il-Partit Laburista jinsab ghaddej minn process ta’ tigdid, b’karigi godda u b’Konferenza Generali aktar intensiva, Randolph De Battista tkellem mal-persuna li kkordina din il-Konferenza Generali, l-President Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, dwar l-izviluppi fil-PL. Fl-intervista, Dr Zrinzo Azzopardi, li kien elett fil-kariga ghall-ewwel darba fl-2003, jitkellem dwar il-moviment li qed jinbena madwar il-Partit Laburista, kif ukoll dwar l-irwol taz-zghazagh u tan-nisa fil-partit. Isemmi wkoll l-emblema l-gdida tal-PL, filwaqt li jishaq li dik imxandra fil-midja mhix wahda mill-emblemi kkunsidrati.

Bhala introduzzjoni, bdejna mill-mistoqsija dwar x’kellha differenti l-Konferenza Generali ta’ din is-sena, apparti l-format.

“Apparti li kienet itwal u allura stajna nidhlu fid-dettal f’diversi aspetti, fl-ewwel tliet ijiem harisna lejn dak li gara u dak li kellu jsir fil-partit, bid-diskussjoni dwar l-emendi fl-istatut u anke dwar l-irwol tal-kumitati lokali. Kien hemm ukoll interazzjoni kbira mal-MEPs taghna u anki ma’ Dr Joseph Muscat fejn id-delegati setghu jaghmlu l-mistoqsijiet taghhom, f’wahda mill-innovazzjonijiet fil-Konferenza. Kien hemm ukoll workshops iktar mis-soltu, b’partecipazzjoni kbira kemm minn esperti fid-diversi oqsma, kif ukoll minn ghaqdiet li mhumiex parti mill-partit.”

“Fuq kollox, din il-konferenza kienet torbot ma’ mozzjoni ewlenija, l-mozzjoni programmatika li kien fiha tliet affarijiet principali. Kellna l-harsa lura u r-rikonoxximent u l-ghozza ta’ kull min hadem fil-passat u dejjem ta sehemu fil-Partit.”

“Imbaghad hemm analizi importanti hafna li torbot anki mal-format tal-Konferenza. Mhux biss dwar il-bzonn li l-Partit igedded il-messagg tieghu, imma dwar id-differenza bejn il-politika li ghandu bzonn il-pajjiz illum u l-politika tal-bierah, li sfortunatament, ghad hemm min ihossu komdu fiha, bid-differenza li n-nies qeghdin jibghatu messagg li din mhix il-politika li jixtiequ.”

“Wahda mill-affarijiet li jrid jigu indirizzati, ghalkemm hemm min baqa’ ghaddej biha, hija l-politika tal-‘ahna u huma’. Dan huwa dak li Dr Muscat isejjahlu salib it-toroq li kellu l-Partit f’din il-Konferenza. Il-Partit kellu l-ghazla jew li jibqa’ ghaddej bil-politika kif nafuha, jew inkella jhares lejn mira iktar ‘il quddiem.”

“Il-Partit ried jifhem li hemm nies li dejjem kienu mal-Partit, u lil dawk irridu nirringrazzjawhom u nkomplu nhegguhom jahdmu, però mbaghad hemm nies li kienu jaghzlu lill-Partit Laburista u llum m’ghadhomx. Hemm nies ohrajn li qatt m’ghazlu lill-Partit Laburista, u llum qeghdin jahsbuha. Imbaghad hemm sitwazzjoni ohra ta’ nies li esprimew l-ghazla taghhom billi ma vvutawx.”
“It-tielet aspett tal-mozzjoni hija l-vizjoni ta’ fejn irridu naslu, li kollha hija marbuta li nkunu l-aqwa fl-Ewropa.”


Il-mixja flimkien


Hawnhekk wassalni ghall-mistoqsija. Kemm hu importanti li mill-Oppozizzjoni, l-PL jibda joffri vizjoni alternattiva? “Ahna ninsabu ghaddejjin f’mixja li rridu nimxu flimkien. Jekk tistaqsi persuna biex jimxi triq mieghek, l-ewwel domanda li jistaqsik hija fejn sejrin. Nahseb li l-punt tat-tluq tad-diskussjoni tal-Partit f’din il-mozzjoni programmatika hija proprju stqarrija ta’ fejn irridu naslu. U mhux fejn irridu naslu ahna biss, ghax facli nghidu rridu nirbhu l-elezzjoni u nkunu fil-gvern.”

“Imma dak ghalina huwa mezz ghal ghan u mhux ghan fih innifsu. Il-fatt li jkollna l-ikbar numru ta’ nies li jaghtuna l-fiducja biex immexxu l-pajjiz, hija c-cavetta biex minn hemm il-quddiem inkomplu nimxu ‘l quddiem.”

“Ejja ma ninsewx l-isfond tax-xoghol li ghamilna anki fl-ahhar sentejn, fejn ergajna morna lura u  gharbilna ghalfejn ahna Partit Laburista u x’inhuma dawk il-kuncetti, principji u hsibijiet politici li lilna jiddistingwuna minn kull forza politika ohra.”

“Dan kollu kien importanti li jsir ghaliex biex ahna nkunu nistghu nahdmu ahjar u nirnexxu, rridu nkunu nafu dak li nemmnu fih. Meta fl-2008 gejna biex ingeddu l-istatut tal-Partit, harisna b’mod estensiv lejn l-iskop, f’dinja li qed nghixu llum, bl-izviluppi kollha li saru, kif ukoll bl-izvilupp ta’ Malta fl-UE. Óarisna wkoll lejn aspetti ohra li llum jixirqilhom l-istatus ta’ principji fundamentali tal-Partit.”

“Meta wiehed jara dan il-process kollu, jkun jista’ jifhem ahjar minn fejn tellaqna dan il-progett u fejn wassalnieh s’issa.”

Moviment mibni madwar il-Partit

Fejn wasal il-PL illum il-gurnata? “Wara dal-process kollu, beda l-holqien ta’ moviment, specjalment meta wiehed jara l-appogg li kellu l-PL fl-elezzjoni ta’ Gunju li ghadda. Ahna qed nghidu li qed jinbena moviment madwar il-PL, li l-partit irid ikun iktar konxju ta’ dan il-moviment u dan il-moviment irid jasal ghal dawn l-ghanijiet li semmejna.”

La semmejna l-moviment, tlabtu jghidli x’ghandu jifhem bih dan il-moviment ic-cittadin, u jekk il-PL ghadux jezisti bhala partit. “Il-Partit kien, ghadu u jibqa’ jezisti. Ghaliex il-partit huwa l-organizzazzjoni. Il-moviment huwa mnebbah mill-hsieb li jghaqqad nies li l-hsibijiet taghhom fuq dak li jixtiequ ghall-pajjiz, jaqblu ma’ dawk iddikjarati mill-PL. Il-moviment huwa din il-gabra ta’ nies li qeghdin jifhmu li din il-vizjoni trid issehh.”

“Però biex inti tasal fejn trid tasal, irid ikollok il-mezz li tasal bih. Il-PL jibqa’ hemm u l-moviment irid jirnexxi ghaliex ikollok partit b’sahhtu. Ghalhekk huwa importanti li nfakkru li dan il-moviment qed jinbena madwar il-PL. Jigifieri l-qofol ta’ kollox huwa l-Partit.”

“Fuq kollox, partit fih il-parametri, imma mbaghad jista’ jkollok nies li jhossu li l-ideat, il-principji u l-vizjoni taghna huma qrib tal-hsibijiet taghhom, izda mhux necessarjament ihossuhom parti mill-parametri   tal-partit.”

Staqsejtu jekk jahsibx li l-fatt li l-moviment jigbor fih anki nies ta’ fehma differenti, hix se ssahhah it-tezi li llum m’hemmx differenza bejn il-partiti. “Jien dejjem emmint li d-distinzjoni ghandha tohrog mill-hsieb politiku. Mill-ghanijiet u l-prijoritajiet li jaghti l-Partit. Hemm ghanijiet li nahseb li huma komuni, imma l-metodologija ta’ kif naslu ghal dawk l-ghaniijiet, jew il-prijorità li naghtuhom, hija differenti.”

Tlabtu ezempji konkreti. “Ghall-partiti xellugin, is-success ekonomiku huwa mezz ghal ghan iehor.

Ahna nghidu li l-istat irid ikun dik l-entità li tista’ toffri garanzija bazika ta’ livell ta’ ghixien minimu lil kulhadd, hu min hu. Issa biex naslu ghal dak l-ghan nafu li l-istat irid ikollu ammont ta’ gid f’idejh. Irridu ekonomija b’sahhitha biex dik ix-xibka socjali li dejjem emminna fiha u li issa rridu nsahhu bl-isfidi godda li toffrilna l-hajja tallum, inkunu nistghu nsostnuha.”

“Ghalkemm haddiehor ihares lejn il-gustizzja socjali bhala l-prodott tal-ekonomija, ahna naraw l-ekonomija bhala l-istaffa li fuqha rridu naslu ghall-ghan ahhari, li jkollna gustizzja socjali.”

Isemmi wkoll ix-xoghol u l-ambjent. “Hemm diversi aspetti ohra bhall-mod kif inharsu lejn ix-xoghol bhala l-milja tal-bniedem u mhux bhala mod ta’ kif il-persuna qed jidhol fis-sistema ekonomika. Hawn jidhol id-dibattitu shih ta’ kif izzomm il-bilanc bejn il-kundizzjonijiet tax-xoghol, u s-success ekonomiku.”

“Ma nistax ma nsemmix l-ambjent, fejn illum qeghdin naraw dejjem aktar il-valur intrinsiku fil-harsien tal-ambjent. Qed naraw li l-fatt li jkollna ambjent aktar san, ifisser li jkollok aktar nies qed igawdu minn kwalità ta’ hajja ahjar. Jigifieri zgur li hadd ma jista’ jghid li l-mod ta’ kif nipprioritizzaw l-issues ahna, huwa l-istess bhal forzi politici ohra.”


Tigdid li qajjem interess


Fid-dawl ta’ dan it-tigdid kollu, x’kien ir-rispons, fuq kollox? “Jiena kont ninkwieta kieku ma kelli l-ebda reazzjoni. Però kien hawn diskussjoni kbira, kemm fil-midja nazzjonali, u b’diversi mistoqsijiet li tqajjmu. Id-delegati ppartecipaw u anki nies ohrajn qed jesprimu ghatx biex nispjegaw izjed x’qeghdin naghmlu, allura nghid li ma wasalniex, imma bdejna.”

“Il-fatt li l-innovazzjonijiet li ghamilna holqu interess u diskussjoni jfisser li tlaqna b’dan il-progett, li qieghed jinfthiem u li rridu nkomplu nwassluh. Óafna izjed qeghdin jifhmu li fil-PL u madwaru, hemm iktar spazji fejn bniedem jista’ jhossu komdu jesprimi ruhu.”

Dorna issa ghall-emblema tal-PL. Staqsejtu kif din tidhol fit-tigdid kollu li ghaddej minnu l-Partit u fuq kollox, jekk l-emblema li dehret fil-midja tal-PN, hix dik li se tintuza. “Jiena nghid li l-emblemi mhumiex il-pern tad-diskussjoni politika. Meta konna qed ingeddu l-istatut ghamilniha cara x’ha jkunu l-elementi li jibqghu jidhru anki jekk l-arma tkun qed tiggedded. L-istatut jitkellem car fuq l-elementi bazici li fuqhom trid tkun imfassla l-emblema.”

“Din mhix l-ewwel darba li l-PL qed igedded l-arma tieghu. Meta saret l-arma li nuzaw illum il-gurnata, kien hemm spjega interessanti hafna tal-eks mexxej Pawlu Boffa, sahansitra anki dwar l-uzu tal-kuluri. Il-Partit qed jiggedded f’gheluq id-disghin sena fl-istess waqt li jrid izomm l-gheruq li dejjem sawwruh sa mit-twaqqif   “Il-midja tal-PN harbxu xi haga u qalu x’se tkun l-arma. Li hu zgur li din mhix wahda mid-disinji li kienet qed tigi kkunsidrata, u din anki kkjarifikha l-mexxej. Wiehed irid ihares lejn dan il-process bhala re-branding tal-immagini korporattiv tal-Partit.”

“Il-Partit fid-diversi stadji tieghu irid jghaddi minn dan il-process, bhal meta nbena c-Centru Nazzjonali Laburista. Zgur li l-iskop li tiggedded l-arma jrid jirrapprezenta proprju l-process li ghamilna flimkien f’dawn l-ahhar snin.”

Aktar nisa u zghazagh


X’inhu l-messagg li jrid iwassal il-PL biz-zewg karigi l-godda okkupati minn zewg nisa? “Wiehed mis-successi ta’ din il-Konferenza kien li kemm fl-elezzjoni tal-Ezekuttiv, kif ukoll bl-ghazliet ta’ Lydia Abela u Rachel Tua wassalna messagg li fil-politika nistghu noholqu spazji godda anki bl-ghazliet li naghmlu, biex aktar nisa jippartecipaw.”

“Din is-sena fl-Ezekuttiv, mit-tnax-il persuna li jigu eletti, kienu eletti hames nisa minghajr il-bzonn ta’ kwoti. Id-delegati fehemu dik il-haga li ilna nahdmu fuqha, ghaliex wara kollox l-istrutturi tal-Partit iridu jkunu aktar rapprezentattivi tas-socjetà.”   “Ahna kontra kull forma ta’ inugwaljanza jew eskluzjoni socjali. Id-dipartiment li se tkun qed tikkordina Rachel Tua mhux se jkun qed jitkellem biss fuq kwistjonijiet ta’ ugwaljanza, imma aspetti ohrajn bhad-dizabbilità u l-minoranzi.”

“Perezempju ma nistghux nibqghu cassi quddiem il-fatt li f’pajjizna qed jinholqu diversi komunitajiet li gejjin minn pajjizi tal-UE jew anki barra mill-UE u dawn qed jiffurmaw minoranzi. Ghandna komunità mdaqqsa ta’ Musulmani li rridu nifhmuhom ukoll. Ma nistghux naghmlu l-politika daqs li kieku kulhadd jifhimha l-istess, imma rridu nkunu sensittivi ghal dawn in-nies ukoll ghax l-istat qieghed hemm ghal kulhadd.”

Fl-Ezekuttiv gew eletti wkoll hames zghazagh minghajr kwota. Kemm verament kiber l-irwol taz-zghazagh fil-PL? “Il-fatt li ghandek nies godda li qed jaghmlu xoghol gdid ifisser li min qed jaghzel qieghed jabbraccja l-bidla. Inutli li bniedem jitkellem dwar il-bidla u ma jabbraccjahiex. Nifhem, li kull tibdil johloq domandi, imma l-fatt li l-ghazliet ikunu favur il-bidla, huwa pozittiv hafna. Ma jfissirx li l-fatt li ghandek aktar zghazagh, m’hemmx post ghal min ilu hemm. Filfatt l-ghazliet li kellna kienu tahlita bilancjata anki bejn etajiet differenti.”

“Il-fatt li ghandek iktar zghazagh jippartecipaw ifisser zewg affarijiet. Li l-Partit qed johloq l-ispazju u li ghandek aktar zghazagh qed juru interess li jippartecipaw f’dak l-ispazju. Jiena niehu pjacir insemmi li fil-Forum Zghazagh Laburisti kull gimgha qed nisimghu b’xi fergha gdida u nemmen li dawn qed ikunu ferghat sostenibbli. Qed naraw ukoll prezenza aktar qawwija ta’ ferghat u kumitati lokali fuq l-internet. Dan huwa parti mit-tigdid li qed jigi abbraccjat.”


Gvern li mohhu fil-hajja tieghu stess


Staqsejtu kif jinterpreta d-dizgwid intern fil-PN u jekk dan huwiex mera ta’ dak li qed ihoss il-poplu. “Minhabba li l-PN qieghed fil-Gvern, il-problemi tal-partit huma l-problemi ta’ pajjizna. Ghaliex illum ghandna Prim Ministru li l-energija tieghu qed jiddedikaha hafna izjed biex jaccerta l-hajja tal-gvern milli biex jiehu hsieb il-kwalità tal-hajja tan-nies. U ghalina dik hija inaccettabbli.”

“Fi zmien hekk difficli, minflok ma l-gvern qed jiehu decizjonijiet biex ahna nirpiljaw, qed jara kif jaghmel biex izomm kwiet lil min qed jikkritikah. Apparti wkoll li l-gvern tilef is-sensittività tieghu. Kif iddecieda li jgholli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, juri nuqqas ta’ vizjoni fil-mod ta’ kif qed jittekilja l-affarijiet.”

“Il-gvern iktar mohhu fil-hajja tieghu milli fil-hajja tan-nies u din tohrog ukoll mir-riforma fil-qasam tas-sahha, fejn il-gvern ma qabilx mal-kritika tal-oppozizzjoni, izda ghax issa l-kritika giet ukoll mid-deputati tan-naha tieghu, habbar li se jbiddel ir-riforma.”

“Ghandek ukoll l-kwistjoni tal-estenzjoni tal-Power Station fejn qed tigI attakkata l-istruttura kostituzzjonali ta’ pajjizna. Meta ghandek il-Parlament jistenna rapport tal-awditur biex jinvestiga l-ghoti tat-tender, b’mozzjoni li jrid jiddiskutiha, u l-MEPA li hija frott ta’ ligi mghoddija fil-Parlament, tiddeciedi fuq xi haga li l-Parlament jista’ jiddeciedi mod iehor, tibda tara kemm l-affarijiet mhux qed isiru fl-interess tan-nies.”

Fl-ahharnett staqsejtu kif tinkwadra f’dan ix-xenarju l-protesta msejjha mill-unjins u l-partecipazzjoni tal-PL f’din il-protesta. “Il-fatt li bniedem jimmanifesta huwa mezz iehor biex wiehed iwassal il-vuci tieghu. Il-PL f’Ottubru ghamel manifestazzjoni li fl-ahhar taghha pprezentajna proposti ta’ kif jistghu jimxu ahjar l-affarijiet. Il-unjins huma dawk li jaghmluha man-nies fuq il-postijiet tax-xoghol, allura iktar u iktar il-gvern irid jismaghhom.”

“F’socjetà demokratika huwa importanti li jkollna din l-espressjoni. Hija espressjoni li ssir fil-pajjizi kollha tal-UE. L-importanti huwa li wiehed jiffoka fuq il-messagg li jrid iwassal ‘il quddiem. Illum pajjizna mmatura fuq kif isiru dawn il-manifestazzjonijiet u galadarba qed inpoggu l-interess tal-poplu billi nimmanifestaw, allura l-PL qed jaghmel ghazla responsabbli li jkun mal-poplu biex iwassal il-messagg tal-poplu.”

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata