Iz-zewg timijiet kellhom taqsima kull wiehed. Madankollu filwaqt li fit-taqsima ‘taghhom’ l-iSpartans laqtu l-lasta kif ukoll skurjaw, ix-Xlukkajri fit-tieni taqsima attakkaw hafna, kellhom hafna pussess izda ma skurjawx. Ghalhekk ir-rebha Hamruniza kienet misthoqqa biex issa kkwalifikaw ghal kwarti tal-finali tal-U Bet FA Trophy.
Hamrun kellhom l-ewwel taqsima tajba hafna mmexxija minn Mangion u Spiteri.
M’Xlokk min-naha taghhom fit-tieni taqsima kienu, kif digà semmejna, superjuri imma bla konkluzjonijiet perikoluzi. Huma kellhom evidenti lill-plejer Franciz taghhom Raimy flimkien ma’ Deanov.
Il-partita bdiet b’xutt fil-hames minuta ta’ Agius ta’ Hamrun li kien imblukkat, ballun imur ghand Zammit li xxuttja ftit barra. Zammit kompla fit-12-il minuta meta kkontrolla b’sidru l-ballun, dahal qrib il-kaxxa, xxuttja u l-gowler Zammit salva bi ftit diffikultà.
Marsaxlokk kellhom pass ta’ Pullicino fl-24 minuta lejn Kokavessis li xxuttja barra. Zewg minuti wara x-Xlukkajri regghu kienu fuq l-attakk u minn korner ta’ Deanov, ballun kklerjat qasir, gie ghand Camenzuli li x-xutt tieghu ghadda ftit gholi.
Fl-34 minuta freekick ta’ Camoin, ballun fil-kaxxa u daqqa ta’ ras ta’ Spiteri tistampa mal-wieqfa, l-ballun imur ghand Mawete li minn qaghda tajba xxuttja gholi.
Fil-41 minuta Hamrun jiskurjaw, dak li kellu jkun l-uniku gowl tal-partita.
Korner tas-solitu Camoin, joghla Spiteri li d-daqqa ta’ ras tieghu giet imblukkata bil-ballun jirritorna ghand l-istess GAETAN SPITERI li minn pass boghod, bla diffikultà pogga lil li Spartans fil-vantagg.
Fil-45 minuta M’Xlokk kellhom xutt ta’ Raimy salvat mil-gowler Casha.
It-tieni taqsima, kif semmejna, kienet kollha ta’ Marsaxlokk b’diversi attakki li ma kkonkludew xejn. Fid-49 minuta korner ta’ Daenov kklerjat qasir mid-difiza, ballun gie ghand Bajada li xxuttja barra. Fis-56 minuta girja mil-lemin u xutt ta’ Kokavessis jahbat ma’ barra tax-xibka.
Fil-75 minuta Galabov qassam lejn Raimy u x-xutt perikoluz ta’ dan imblukkat minn Hrusba. Fit-80 minuta azzjoni mix-xellug ta’ Daenov u xutt ftit angolat imur gholi. Fis-87 minuta kross fil-kaxxa, ballun kklerjat qasir, dahal il-plejer sostitut il-veteran Carabott u xxuttja ftit gholi.
M’XLOKK: Zammit, Deanov, Pullicino (Grech 54), Licari, Camenzuli, Brincat, Galabov, Bajada (Carabott 76), Kokavessis (Templeman 59), Yanchev, Raimy.
HAMRUN S: Casha, Agius (Barbara 84), Fenech, Micallef, Mangion, Pereira, Spiteri, Hrubsa, Mawete (Mifsud 82), Camoin, Zammit.
REFEREE: Marco Borg
Skurjaw: Gaetan Spiteri (H) (41 min).

| < Prev | Next > |
|---|






