Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantunieri

E-mail Print PDF

mark_cutajarKif naghmel meta l-Kampjonat Premier ikun wasal f’nofsu, minn din il-kolonna naghti harsa lejn dak kollu li jkun gara. Analizi li mhux kulhadd jaqbel maghha, izda l-futbol ghalhekk sabih ghax ghalkemm kulhadd jara l-istess loghob u l-istess plejers, wiehed ikollu opinjoni differenti minn ta’ iehor. Kampjonat li issa temm l-ewwel zewg rawnds tieghu u ghalhekk jinqasmu l-punti.


Il-polemika tal-qsim tal-punti hija eterna. Din is-sistema tigi uzata f’Malta biss jew inkella f’xi pajjiz li qatt ma nisimghu dwaru. Ha nispjega s-sistema ghal min mhux daqshekk intiz. Jekk Valletta fuq Tarxien ikollhom vantagg ta’ tnax-il punt wara zewg rawnds, f’temp ta’ ftit sekondi dan il-vantagg jigi ridott ghal sitta.

Sistema li fl-opinjoni tieghi tippenalizza lil min ikun gab rizultati tajbin fl-ewwel loghbiet. Min huwa favur din is-sistema jghid li bil-qsim tal-punti u bil-fatt li t-timijiet jinqasmu fir-Relegation Pool u c-Championship Pool, ikun hemm iktar interess.

Min hu favur dan l-argument nahseb li ma tantx jista’ jsostnieh din is-sena. Kif spjega tajjeb il-kollega John Busuttil waqt L-Argument ta’ nhar it-Tnejn, is-sitwazzjoni fir-Relegation Pool tidher li digà deciza u l-vantagg li ghandhom Hamrun Spartans u Floriana fuq Msida u Dingli se jfisser Relegation Pool monotona.  Distakk ta’ hames punti, sitt loghbiet mit-tmiem, ftit li xejn jawgura tajjeb ghal affarijiet interessanti iktar u iktar metafl-ewwel zewg loghbiet, Floriana u Hamrun iridu jilghabu kontra Dingli u Msida rispettivament u ghalhekk kollox jista’ jigi deciz.


Anke fic-Championship Pool ftit li xejn se jkun hemm differenza. Ghalkemm hawn teoretikament bil-qsim tal-punti, iktar timijiet jidhlu bic-cans, Hibs u Tarxien digà huma eskluzi u ‘l boghod mill-quccata, allura joqghodu gallarija fl-ghaxar loghbiet li gejjin. L-opinjoni tieghi hija dik li mill-aktar fis, ma nibqghux b’kampjonat simili. Nemmen li  jekk irridu nibqghu b’ghaxar timijiet, iktar jaghmel sens li l-loghob isir fuq tliet rawnds u kulhadd jilghab l-istess numru ta’ loghob u jzomm il-punti.


F’dan iz-zmien jispikka wkoll in-numru ta’ posponimenti minhabba ftit xita li taghmel sighat qabel il-loghob.  Spikka il-kuntrast perezempju li kien hemm nhar il-Hadd li ghadda fejn l-organizzaturi tal-Karnival kienu kuntenti hafna li harget gurnata sabiha u fl-istess hin l-MFA tinfurmana li l-futbol tal-Premier thassar. Fl-ahhar snin kellna numru kbir ta’ posponimenti fil-grawnd tal-Hibs f`Kordin. Dan mhux biss idejjaq lill-partitarji izda jkun ukoll ta’ problema ghall-kowcis li jippreparaw partita, u tithassar jew issir granet wara f’gurnata tax-xoghol, meta l-plejers taghna mhumhiex professjonali, izda jahdmu.


Wiehed ma jridx jehodha kontra d-dirigenza tal-grawnd li taghmel sewwa tiehu hsieb l-affarijiet taghha, izda rridu nsibu soluzzjoni ghal dak li qed jigi ripetut sena wara sena. Issa li ghandna l-grawnd Centinarju u l-Victor Tedesco Stadium artificjali, wiehed ghandu jilghab il-fixtures, ta’ Jannar u Frar f’dawn il-grawnds, jew kif kien issuggerixxa l-eks kowc nazzjonali Fitzel, il-kampjonat Malti jibda qabel u bejn nofs Dicembru u Jannar ikun hemm waqfa. Hekk, mhux biss insolvu l-problema, izda nghinu lill-klabbs Maltin fl-Ewropa u lit-tim Nazzjonali.


Ghal dak li huwa l-kampjonat wara l-ewwel fazi, hareg bic-car li l-livell tekniku li kellhom Msida u Dingli kien inferjuri ghal ta’ timijiet ohra. Kien ikun iktar ghaqli kieku Msida rrifjutaw il-promozzjoni u bit-tim zaghzugh li kellhom baqghu jissahhu fl-Ewwel Divizjoni. Kellna wkoll id-deluzjoni ta’ Floriana li wara hafna problemi, fosthom tal-kowc barrani eccellenti, nizlu jilghabu fir-Relegation Pool. Hibs min-naha taghhom kien imisshom stagun hazin u l-wirjiet taghhom, l-ghazliet tal-barranin, u t-tluq ta’ Clayton Failla u Terrence Scerri kienu ta’ detriment ghalihom.


Sliema kellhom rebus, u l-progett ta’ tliet snin mibdi s-sena l-ohra kellu jibdel ir-rotta hesrem. Il-plejers taht Stephen Azzopardi dehru differenti mis-sena l-ohra meta rebhu t-Trophy. Dehru demotivati u kien hemm il-bidla, biz-zaghzugh Marlow jiehu t-tim f’idejh u l-plejers bidlu l-batteriji. Ghalkemm fir-Relegation Pool, l-istagun ta’ Hamrun kien pozittiv, b’tim ippreparat ghall-ewwel divizjoni kiseb rizultati tajbin u kien qrib ghal mal-ewwel u kwazi cert li jsalva. Iktar tajjeb dak li ghamlu Tarxien, li dahlu mal-ewwel sitta, rebhu ghall-ewwel darba lill-girien Hibernians, lil Sliema u gew dro ma’ Valletta. Tim orkestrat minn barranin eccellenti u Maltin b’esperjenza.

Nghaddi ghal ta’ fuq. Jien ghandi ammirazzjoni kbira lejn Pawlu Zammit, kowc bravu, preparat u jiehu kull dettall b’serjetà (ippermettili niehu l-opportunità biex naghti l-kondoljanzi lil Pawlu ghat-telfa ta’ ommu). Zammit ha f’idejh lil B’Kara minghajr daqq ta’ trombi, beda jahdem u mela lill-plejers bil-fiducja. Il-Karkarizi jistghu jaghtu sfida lil Valletta, favoriti ghall-unuri, tim b’kollettiv ahjar minn kulhadd fil-Premier.


Anki Qormi hasdu iktar milli hasbu fil-bidu. Ghal hafna zmien kienu quddiem, immexxija minn barrani ta’ klassi,  Camillo Sanvezzo li meta kien nieqes, it-tim bata hafna.  Izda kif jibda t-tielet rawnd, dawn il-gudizzji jridu jigu michuda jew konfermati, u wiehed biss jirbah. Jien ghandi l-ideat u x-xewqat tieghi u perswaz li inti l-istess!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura