Qormi kkwalifikaw ghal kwarti tal-finali tal-U Bet FA Trophy b’hames gowls fit-tieni taqsima, bla wisq tahbit wara li kienu sofrew gowl fl-ewwel taqsima. Huma skurjaw hames darbiet fit-tieni taqsima biex svugaw ir-rabja taghhom b’azzjonijiet veloci u perikoluzi tul it-taqsima kollha. Il-bidu tal-partita filfatt kien xi ftit sorprendenti mhux biss minhabba l-gowl tas-St Patrick imma wkoll minhabba it-traskuragni evidenti tal-Qormin. Imbaghad fil-51 minuta Qormi ghamlu zewg sostituzzjonijiet li ttrasformaw it-tim u gabu r-rizultat mixtieq.Il-protagonista tal-partita kien Effiong, ghal kuntrarju tas-soltu meta jkun Camilo l-eroj ta’ Qormi. It-tliet gowls tieghu f’erba’ minuti certament ituh il-mertu ta’ dan it-titlu.
St Patrick kkrollaw wara t-tieni gowl kontra d-determinazzjoni tat-tim tal-Premier.
Kien wara 14-il minuta li sorprendentement it-tim ta’ Haz-Zabbar, St Patrick mar fil-vantagg meta pass ta’ Faella lejn DANIEL MILOVANOVIC li avvanza mil-lemin u fajjar xutt b’sahhtu li gheleb lil gowler Camilleri li kien qed jirritorna bejn il-lasti ta’ Qormi wara assenza twila.
Fit-18-il minuta xutt ta’ Camilo fil-baxx u l-gowler Mercieca salva. Erba’ minuta wara Bartolo ghal Qormi qassam fil-baxx lejn Camilo li x-xutt tieghu ghadda barra.
Man-nofs siegha loghob freekick ta’ Farrugia ghal Qormi u l-gowler Zabbari Mercieca salva tajjeb.
Fit-33 minuta kross ta’ Bartolo u daqqa ta’ ras ta’ Effiong, jerga’ jsalva l-gowler Mercieca, din id-darba, bl-ghajnuna tal-lasta. Sa tmiem l-ewwel taqsima Qormi komplew jaghfsu ghal gowl tad-draw minghajr ma kienu wisq perikoluzi.
Wara l-mistrieh Qormi bdew baraxx twil ta’ attakki bi premju ta’ hames gowls. Fit-53 minuta pass fil-baxx ta’ Giglio u l-gowler Mercieca hareg minn postu bla ma ha l-ballun li kien destinat ghal gewwa, izda Mifsud salva fuq il-linja. Hames minuti wara Camilo qassam lejn STEVE MEJLAK li b’xutt b’sahhtu kiseb id-draw meritat ghal Qormi.
Fit-68 minuta Qormi jmorru ghall-ewwel darba fuq quddiem. Kross ta’ Pisani mix-xellug, indecizjoni fid-difiza tas-Saints, approfitta ALFRED EFFIONG u bir-ras ghamilhom 2-1.
Fis-70 minuta kross ta’ Mejlak, dahal ALFRED EFFIONG li anticipa lil gowler Mercieca bir-ras ghat-tielet gowl Qormi.
Appena minuta wara, fil-71 minuta u li skor isir 4-1. Freekick ta’ Grima u daqqa ta’ ras ohra ta’ ALFRED EFFIONG tipproduci hat-trick ghal dan il-plejer.
Fid-79 minuta STEFAN GIGLIO issigilla r-rebha Qormija b’xutt b’sahhtu minn barra l-kaxxa li ma ta ebda cans lil gowler Mercieca jsalva.
Fit-83 minuta Camilo wahdu quddiem il-gowler Mercieca ra lil dan il-gowler icahhdu minn gowl personali u s-sitt wiehed ta’ Qormi.
Fl-84 minuta xutt ta’ Giglio li Mercieca salva bl-ghajnuna tal-lasta.
ST PATRICK: Mercieca, T Farrugia, Mfisud, Faella (Scicluna 57), Sciberras (Massa 77), Gauci, Dimech, Ellul (Tonna 70), Pullicino, J Farrugia, Milovanovic.
QORMI: Camilleri, Pisani, Dos Santos, Sammut, Bondin, Fenech (Mejlak 51), Giglio, Bartolo (Agius 76), Farrugia (Grima 51), Camilo, Effiong.
REFEREE: Clayton Pisani
Skurjaw: Daniel Milovanovic (S) (14 min), Steve Mejlak (Q) (58 min), Alfred Effiong (Q) (68, 70 u 71 min), Stefan Giglio (Q) ( 79 min).
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|








