Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Dibattitu pubbliku dwar it-tibdil fil-klima

E-mail Print PDF
Share

dsc_0314_copyIt-tibdil fil-klima, l-effetti taghha, is-Summit ta’ Kopenhagen u l-Protokoll ta’ Kyoto, kienu fost it-temi diskussi waqt dibattitu pubbliku dwar it-tibdil fil-klima mill-Fondazzjoni IDEAT.  Id-dibattitu, ‘It-Tibdil fil-Klima – Minn Kopenhagen ghall-Messiku.  X’Qed Isir f’Malta?’, gab flimkien esperti lokali f’dan il-qasam, kif ukoll NGOs lokali u stakeholders ohra.  Id-dibattitu, li ttellgha fil-Kamra tal-Kummerc, l-Intrapriza u l-Industrija fil-Belt Valletta, serva ta’  ezami dettaljat tas-sitwazzjoni prezenti f’Malta, ta’ x’mizuri qed jittiehhdu mill-awtoritajiet u l-industrija, kif ukoll x’se jkunu l-effetti fil-futur. 

Il-problema ghandha tigi indirizzata b’mod immedjat

Il-Professur Edward Mallia, wiehed mill-kelliema fuq il-panel u c-Chairperson Onorarju ta’ Friends of the Earth, fahhar lill-Fondazzjoni IDEAT ghal din l-inizjattiva, u zied li s-Summit ta’ Kopenhagen, jekk ma kienx success, almenu irrikonoxxa l-fatt li t-tibdil fil-klima ghandu jkun indirizzata b’mod immedjat.  Il-kelliema l-ohra qablu fuq dan il-punt.


David Xuereb, f’isem il-Kamra tal-Kummerc, l-Intrapriza u l-Industrija, qal li t-tibdil fil-klima hu suggett hafna rilevanti ghal Malta, minkejja li xi whud jistghu jirragunaw li d-daqs ta’ pajjizna jaghmilha difficli ghalina biex ninfluwenzaw pajjizi ohra b’industriji kbar u li qed jikkontribwixxu l-aktar ghat-tibdil fil-klima.  Hu qal li l-Kamra temmen fil-holqien tal-green economy li ghandha twassal ghal zieda fi green jobs.  Hu qal li l-gvern f’Malta wera li qed jagixxi bil-lajma f’dan il-qasam.


L-importanza tal-holqien ta’ green economy kienet diskussa wkoll minn Dr George Debono, li hu kontributur principali ta’ rapport dwar l-ambjent, ippubblikat mit-think tank lokali, Today Public Policy Institute (TPPI).  Dr Debono semma lil Smart City Malta bhala ezempju ta’ zvilupp maggur li s’issa ma jidhirx li ghandu pjanijiet dwar l-uzu efficjenti tal-energija.  Hu qal li progett kbir bhal dan imissu serva ta’ mudell ta’ kif il-pajjiz ghandu jimxi ’l quddiem fl-implimentazzjoni ta’ politika dwar l-uzu efficjenti tal-energija fi progetti ta’ zvilupp magguri.  Filwaqt li emfasizza li l-uzu efficjenti tal-energija ghandu jibda mic-cittadini privati, hu qal ukoll li l-gvern s’issa ikkummissjona diversi rapporti dwar it-tibdil fil-klima, però ma implimenta l-ebda wiehed minnhom.  Hu qal li l-gvern ghandu jkun katalista ghall-bidla u ghandu jahdem hafna biex ibiddel il-mentalità tal-poplu li ma jikkunsidrax it-tibdil fil-klima bhala suggett importanti ghas-socjetà.


Dr Debono qal li l-fatti juru li Malta ghandha problema serja hafna bit-tniggis tal-arja, u zied jghid li l-Fgura ghandha l-oghla rata ta’ tfal morda bl-azzma fid-dinja kollha.  Fatti ohra juru kif pajjizna ghandu rata gholja ta’ kancer li nistghu nassocjawhom mal-livelli gholjin tat-tniggiz.  L-akbar problema dwar it-tibdil fil-klima hi l-attitudni generali tal-poplu lejha.


Alan Pulis, lecturer fix-xjenza kimika fl-Università ta’ Malta, ukoll tkellem fuq l-arja mniggsa.  Hu qal li Malta ghandha problema serja tat-traffiku, u li qed taffettwa b’mod negattiv lis-sahha generali tal-poplu.  Il-problema tat-traffiku hi r-rizultat ta’ nuqqas ta’ ppjanar u vizjoni ghal hafna snin fejn jidhol it-transport pubbliku.  Pulis qal li l-Unjoni Ewropea stabbiliet limitu dwar l-emmissjonijiet fuq l-istati membri u Malta mhix qed tilhaq il-miri stabbiliti, u allura qed tirriskja miljuni ta’ ewro f’multi imposti mill-UE.  Pulis qal li l-konkluzjoni li wiehed jasal ghaliha wara dan kollu hi li l-gvern ghandu nuqqas ta’ rieda politika biex jindirizza l-problema serja ta’ emmissjonijiet u tniggis tal-arja.

L-Ewropa ta’ Isfel l-aktar li se tintlaqat hazin

Waqt id-dibattitu tkellem ukoll il-kelliem ewlieni tal-Oppozizzjoni fuq it-tibdil fil-klima u l-izvilupp sostenibbli, Leo Brincat.  Brincat qal li l-pajjiz tilef il-momentum dwar it-tibdil fil-klima fl-1988.  Hu qal li studji wrew kif in-nofsinhar tal-Ewropa, inkluz il-Meditterran, hu mistenni li jintlaqat l-aktar mit-tibdil fil-klima.  Hu zied jghid li t-tibdil fil-klima jista’ jkollu wkoll effetti negattivi fuq l-industrija tat-turizmu lokali.


Brincat qal li l-istatistika turi li Malta tinsab fil-qiegh nett fil-produzzjoni ta’ energija nadifa fl-UE.  Hu tenna dak li qalu l-kelliema l-ohra tal-panel li l-gvern Malti m’ghandux pjan t’azzjoni dwar it-tibdil fil-klima.  Lanqas qatt ma ghadda xi legislazzjoni, minkejja li l-Oppozizzjoni kienet ipproponietha.  Hu qal li l-Oppozizzjoni ilha tinsisti dwar aktar investiment min-naha tal-gvern fl-energija nadifa u t-tibdil fil-klima.


Id-diskussjoni daret ukoll fuq is-sostenibbilità tal-water table u l-produzzjoni tal-ilma mill-art.  Il-Professur Edward Mallia qal li xi haga zgur li marret hazin jekk il-gvern u l-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma kienu jafu bin-nuqqas ta’ dan l-ilma sa mill-1995, hekk kif stqarr ricentament Tancred Tabone, ex-Chairperson tal-Korporazzjoni.


David Xuereb qal li l-Kamra tal-Kummerc, l-Intrapriza u l-Industrija temmen li ahna lkoll nistghu naghmlu differenza fl-immaniggjar tar-rizors tal-ilma.  Hu qal li m’ghandna qatt naslu ghal sitwazzjoni fejn ikollna bzonn nimpurtaw l-ilma minn barra minn Malta.  Xuereb qal li l-pajjiz jitlef hafna ilma waqt il-produzzjoni.  Hu allega li ‘l-ilma tal-ewwel klassi’ qed jintuza ghal skopijiet li m’ghandhomx bzonn din il-kwalità ta’ ilma.  Xuereb qal li hi hasra kif il-gvern jitkellem dwar progetti li ghandhom jitfghu l-ilma tax-xita fil-bahar aktar milli fuq kif se nigbruh bhala rizors.  Hu qal li dan hu hela kbira tal-ilma.


Waqt dan id-dibattitu ghamel intervent l-inginier u idrologista  Marco Cremona li qal li ahna mhux qed inkunu efficjenti fil-mod ta’ kif qed naghmlu l-affarijiet f’dan ir-rigward.  Hu semma l-agrikoltura bhala wiehed mill-ewwel setturi li se jintlaqtu mit-tibdil fil-klima.  Hu qabel mal-kelliema tal-panel li l-pajjiz mhux qed juza r-rizorsi tieghu kif suppost.  Bhala ezempju hu rrefera ghall-fatt li pajjizna m’ghandu l-ebda pjan dwar il-gebla tal-franka – li hi l-materjal principali tal-industrija tal-kostruzzjoni – li se tispicca fi zmien 50 sena ohra.  L-Inginier Cremona tkellem ukoll fuq in-nuqqas ta’ edukazzjoni generali fuq temi ambjentali, inkluz it-tibdil fil-klima.  Hu qal li dan in-nuqqas ta’ gharfien gej ukoll mill-fatt li l-gvern qed jaghti informazzjoni li tfixkel fuq dan is-suggett.


Waqt li kien qed jindirizza lil dawk li attendew ghad-dibattitu, Aaron Farrugia, Chairperson tal-Fondazzjoni IDEAT, qal li sa ftit tas-snin ilu, Malta kienet katalista f’dan is-settur, b’kontribuzzjonijiet importanti mir-rapprezentanti Maltin fil-Gnus Maghquda, bhall-Professur Arvid Pardo, il-Professur David Attard u Michael Zammit Cutajar.


Farrugia qal li “pajjizna ghandu jkun leader u mudell ghal pajjizi ohra fl-izvilupp sostenibbli u fil-kuncett ta’ green economy”.  Hu qal li l-gvern Malti jista’ jikseb dan flimkien ma’ imsiehba ohra bhall-Università ta’ Malta u l-industrija lokali.


Il-Fondazzjoni IDEAT stiednet ukoll kemm lill-Ministru George Pullicino u lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Inginier Christopher Ciantar biex jiehdu sehem fid-dibattitu.  Dawn m’attendewx minhabba impenji ohra.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata