Il-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat qed isib appogg minn min sa ftit snin ilu kien jghid li mal-Partit Laburista ma jridx ikollu x’jaqsam.
Qed isib appogg minn laburisti li kienu telqu mill-partit minn ghal raguni u min ghal ohra.
Importanti li naghmlu l-punt. Ikun min ikun, gej imnejn gej, l-ghatba tal-Partit taghna hija miftuha ghal kulhadd. Dejjem hekk kien u, illum, forsi aktar minn qatt qabel.
Mhux ghaliex qabel ma konniex naccettaw lil kulhadd, anzi l-kontra. Forsi qabel il-messagg ma kienx qed jasal car bizzejjed u ta’ dan ilkoll ahna hatja.
Minn zmien ghal zmien kull partit jinbidel. Isir tibdil kosmetiku u jsir tibdil aktar radikali. Izda dak li jixpruna jibqa’ l-istess. Fil-kaz tal-moviment taghna dak li xprunana dejjem kienet l-ingustizzja socjali. Il-Partit Laburista dejjem kien lest sabiex min ikun qed ibati xi forma ta’ ngusta socjali jsib kenn minnufih. Ma’ din hemm imbaghad il-fehma fondamentali li hadd ma ghandu jibqa’ lura. Kulhadd ghandu jinghata l-istess opportunitajiet u ghajnuna sabiex jasal sa fejn jista jasal.
U dan f’kull kamp. Il-meritokrazija ghanda tirbah fuq kollox. Il-hsieb tal-Partit Laburista dejjem hekk kien u hekk ser jibqa’.
Izda illum is-socjetà nbidlet. Illum il-firxa ta’ nies u organizzazzjonijiet li qed ibatu minn xi forma ta’ ngustizzja socjali kibret. Kif kiber in-numru ta’ nies li qed ihossu li qed jibqghu lura minhabba mizura wara ohra inkompetenti tal-Gvern. Mhux ser nidhol fid-dettall dwar dawn il-mizuri billi lkoll kemm ahna nafu x’inhu ghaddej.
Huwa ghalhekk li progett tal-Partit Laburista huwa tant importanti.
Il-bieb taghna huwa miftuh berah u hekk ghandu jkun. Huwa tajjeb li kull min beda beda jhaddan, anki b’sorpriza, it-twemmin taghna nilqghuh.
Nibqghu naturalment dejjem ghassiesa ghall-opportunisti li sfortunatament zgur ser ikun hemm u fl-istess hin inzommu quddiem ghajnejna min ilu zmien twil igorr it-tarka tal-Partit Laburista anki bi tbatija personali. Min ilu zmien twil jigbed l-istess habel.

| < Prev | Next > |
|---|






