Il-Prim Ministru Gonzi qieghed jghix f’dinja tal-make believe, maqtugh mir-realtà li qed jghixu fiha l-parti l-kbira tal-Maltin u l-Ghawdxin li jinsabu nkwetati mhux ftit li matul ix-xhur li ghaddew spiccaw jaqtghu lura fil-livell tal-ghajxien taghhom. Dr. Gonzi jridna naghmlu bhalu, nghixu f’realtà virtwali, finta u tal-make believe fejn dan qed jispicca jemmen il-gideb tal-magna tal-propaganda tieghu stess.
F’intervista li ta lill-gurnal elettroniku Il-Gens Illum aktar kmieni din il-gimgha, Dr. Gonzi qal, inkredibbli imma vera, li “din is-sena, fil-bagit stess, meta konna ghidna li t-tariffi se jmorru lura ghal li kienu f’Ottubru, habbarna li konna se nivvutaw €10 miljun ohra biex imorru ghand id-djar tan-nies biex intaffu u nilqghu ghaz-zieda fit-tariffi.
L-istudji wrew li 97% tal-familji li jintlaqtu biz-zieda tat-tariffi kienu se jircievu jew cekk ta’ flus li jew jaghmel tajjeb ghaz-zieda fil-kont, jew ghal parti sostanzjali tal-istess zieda.
Barra dawk l-€10 miljuni, hemm €7 miljuni ohra tal-Energy Benefit Scheme.”
Xenarju immaginarju
Xi studji huma dawn li qed joholqu dan ix-xenarju immaginarju f’mohh il-Prim Ministru ferm ‘il boghod mir-realtà, waqt li l-parti l-kbira tan-nies qeghdin jircievu fil-kaxxa tal-ittri taghhom kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed igennuhom?
Xi studju aqwa jezisti minn dak li jistghu jghidulu n-nies li kieku Dr. Gonzi jmur izurhom fi djarhom u jhalliehom jifthu qalbhom ha jesprimu l-ugiegh taghhom, specjalment dawk li fl-ahhar elezzjoni vvutaw lilu u jhossuhom ittraduti ghal mod ta’ kif qed jigu ttrattati mill-gvern taghhom.
Bhalma qed isib il-hin izur is-serer tal-qargha baghli bil-kameras tat-TV quddiemu, ghax ma jippruvax Dr. Gonzi jsib ftit tal-hin ukoll biex izur lil numru ta’ familji fi djarhom ha jghidulu ezattament kif qed ihossuhom u minn xhiex qed ikollhom jghaddu.
Imma peress li l-elezzjoni ghadha kemmxejn ‘il boghod, ma nahsibx li hemm wisq cans li f’dal-mument naraw lil Dr. Gonzi u s-Sinjura Kate jhabbtu l-bibien tad-djar kif kienu jaghmlu sa tard bil-lejl meta qorbot l-elezzjoni.
Door to door
Li kellu jaghtiha ftit ghad-door to door, il-Prim Ministru forsi kien jiltaqa’ ma’ xi wahda minn dawk il-madwar 2500 familja f’pajjizna li jinsabu minghajr servizz tad-dawl elettriku gewwa djarhom min-habba li l-Enemalta qatghetilhom il-provvista ghax ma setghux ilah-qu mal-kont tad-dawl u l-ilma u dan minkejja li skont Dr. Gonzi 97% tal-familji li nltaqtu miz-zieda fit-tariffi nghataw kumpens biex jaghmel tajjeb ghaz-zieda fil-kont jew biex itaffi parti sostanzjali minnu.
Wara zewg laqghat tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista matul il-gimgha li ghaddiet, sa issa ghadu mhux maghruf x’tip ta’ arrangamenti ftiehem fuqhom Dr. Gonzi mal-backbenchers Nazzjonalisti li ghal diversi ragunijiet ma kienux qed jaraw ghajn m’ghajn mat-tmexxija tieghu. L-unika ‘zvolta’ li setghet tigi osservata u li x’aktarx harget minn dawn il-laqghat, kien il-fatt li jakkumpanjawh matul iz-zjara li ghamel fis-serra tal-qargha baghli gewwa l-Imgarr, kellu mieghu mhux biss il-Ministru tal-Biedja George Pullicino, imma anki lill-Perit Philip Mifsud li tliet gimghat ilu wkoll kien zbroffa fil-berah ghax il-backbencers Nazzjonalisti ma kienux qed jigu stmati sew mill-gvern taghhom stess.
Wiehed jittama li l-backbenchers Nazzjonalisti li ilhom gimghat twal jilmentaw dwar kif hassewhom zarmati, minghajr ghodda biex jindirizzaw il-wegghat tal-kostitwenti taghhom, hatfu l-opportunità ta’ dawn iz-zewg laqghat biex lill-Prim Ministru Gonzi jgibuh f’sensieh u jqeghdulu ftit idejh fuq il-polz tal-poplu.
Jekk Dr. Gonzi ried tassew li l-kwistjoni tahraq tat-tariffi tad-dawl u l-ilma tigi ttrattata bis-serjetà madwar mejda, ghalfejn halla lil Austin Gatt, l-aktar ministru ardit u arroganti li ghandu, jghaffigha u jfattarha u hallih jimponi u ma jiddiskuti xejn ma’ hadd. U issa li nehha lill-Enemalta minn taht Gatt, Gonzi jippretendi li kulhadd jintasab madwar mejda.
Il-valuri Ewropej
Hawn daqstant pampaluni jiftahru kemm tahraqhom qalbhom ghall-Ewropa u huma mbaghad daqstant intolleranti u assolutament ma jgerrhux li f’Malta jigu pprattikati l-essenza tal-valuri Ewropej bhalma hija l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-assocjazzjoni.
Ta’ kull darba lit kun se ssir xi manifestazzjoni bhal dik tal-lum wara nofsinhar, il-wezwieza ta’ dal-pajjiz jibdew iqanqlu d-dubju u ssir hafna pressjoni biex il-poplu ma jkunx jista’ jesprimi ruhu kif irid dwar dak li qed ihoss go fih.
Il-manifestazzjonijiet pubblici u d-dimostrazzjonijiet fit-toroq u fil-pjazez huma xi haga ta’ kuljum fl-ibliet ewlenin Ewropej. Imma hawn Malta jkun hawn minn jitkaza u jgib lil min jitkaza meta s-socjetà civili, u it-trejd unjins u l-ghaqdiet li jirrapprezentawha jhossu l-bzonn jew ikunu kostretti li johorgu fil-berah biex jesprimu t-tigrib li jkunu ghaddejjin minnu.
Illum wara nofsinhar tajjeb li Dr. Gonzi jinghata sinjal car li pacenzja qed ikollna ngarrbu sagrificcji kbar minhabba l-politika zbaljata u insensata tieghu, imma li minn fuq jippretendi wkoll li ma nistghux nesprimu ruhna, qieghed jippretendi z-zejjed. Niltaqghu l-Belt.

| < Prev | Next > |
|---|






