Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Biex noholqu l-gid

E-mail Print PDF
Share

stefan_zrinzoIl-holqien tal-gid hija wahda mill-prioritajiet fil-vizjoni ghal pajjizna li qed ifassal il-moviment li qed jinbena madwar il-Partit Laburista. Priorità li jehtieg li titwettaq mhux bhala ghan fih innifsu izda bhala mezz ghal ghanijiet ohra li rridu nwettqu, fuq quddiemnett it-twettieq tal-gustizzja socjali.


Fid-dinja li qed nghixu llum, il-holqien tal-gid hija sfida kbira li tehtieg determinazzjoni u htiega ta’ tfittix ta’ ideat innovattivi. It-tishih tal-ekonomija ta’ pajjizna, fi zminijiet bhal tal-lum, jista’ jsehh biss skont kemm ahna kapaci li nfittxu opportunitajiet godda u mezzi godda li jwasslu ghall-holqien tal-gid. Ma nistghux nibqghu maqbuda fis-sistemi tal-bierah li qed jaghtu rizultati li ma huma xejn accettabbli.

L-impenn li hemm bzonn biex naslu ghal dan il-ghan jehtieg responsabbilità kbira fil-mod kif nimxu u kif immexxu. Responsabbilità tal-hajja tan-nies li huma l-qofol tal-process biex inkattru l-mezzi possibbli biex noholqu l-gid. Jehtieg li nkattru mill-gdid is-sens ta’ responsabilità li huwa gwida importanti fil-mixja li twassalna biex nilhqu l-ghanijiet li qed jitfasslu minn dan il-moviment.


L-ghazliet li jridu jsiru ghandhom ipoggu lin-nies u lill-familji fuq quddiem. Il-holqien tal-gid ma jistax isir a skapitu tal-kwalità tal-hajja tal-familji, anzi jehtieg li naraw li l-holqien tal-gid ikun kumplimentari mat-titjib tal-kwalità tal-familji u tal-poplu Malti u Ghawdxi. Dan jehtieg attenzjoni u reqqa kbira kif naslu biex inwettqu dawn l-ghazliet u ghalhekk il-htiega kontinwa biex infittxu soluzzjonijiet u mezzi godda li jeghlbu u jwarrbu l-mezzi li mhux qed iwasslu ghal dan il-ghan.


Min ikun fit-tmexxija ghandu jservi ta’ mutur biex dan l-impenn jitkattar. Il-gvern ma jistax ikun ta’ xkiel fil-holqien tal-gid anzi, irid iservi ta’ katalist biex iqarreb u jressaq ‘l quddiem aktar ideat u aktar nies li jistghu jaghtu s-sehem taghhom biex f’pajjizna jinholoq il-gid. Ma jistax jinholoq il-gid jekk il-gvern jibghat is-sinjali l-hziena li jwasslu ghall-qtiegh il-qalb jew li jitfa’ aktar pizijiet li jwasslu biex inizjattivi li joholqu l-gid jibghu lura jew ma jirnexxux. Din hija s-sitwazzjoni ta’ pajjizna illum.


Qed naraw il-mod zbaljat kif il-gvern illum qed inaffar lill-familji u lin-negozji bid-decizjoni li ha dwar il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Inholqot formola u gew mghobbija l-inefficjenzi fuq il-familji Maltin u Ghawdxin u fuq in-negozji. Zball li se jnaffar il-holqien tal-gid u se jwassal biex jintilfu l-impjiegi. Dan zgur m’huwiex il-mod kif ghandu jitmexxa pajjiz.


Bl-istess mod, ir-responsabilità fit-tmexxija titlob li min qieghed imexxi ikun car mal-poplu u jurih dak kollu li ghaddej u li qed isehh. Rajna f’pajjizi ohra x’gara meta gvernijiet konservattivi bhal gvern ta’ Karamanlis fil-Grecja li heba is-sitwazzjoni finanzjarja bil-konsegwenza li l-poplu qed ibati dan il-habi abbuziv li sehh. Illum il-poplu Grieg qed ibati l-konsegwenzi ta’ tmexxija hazina li kienet qed tqarraq bil-poplu, tahbi mill-poplu u li wasslet biex il-poplu isofri mir-rizultat tal-gvern ta’ Karamanlis.


Ir-responsabilità ta’ min ikun qed imexxi ghandu wkoll jara li l-finanzi tal-pajjiz jigu amministrati bl-ahjar mod possibbli u li t-tmexxija finanzjarja m’ghandhiex twassal biex jixxekkel il-holqien tal-gid. Huwa mehtieg li t-tishih tal-finanzi tal-gvern ghandu jsir mhux billi jizdiedu t-taxxi izda billi naccertaw li titkattar l-attività ekonomika li tohloq aktar gid. Dan il-process ghandu jwassal biex il-gvern, minghajr ma jintaxxa aktar, jigbor aktar.


Il-poplu Malti u Ghawdxi qieghed jistenna li min qed imexxi jerfa’ r-responsabilità kif mehtieg. Poplu habrieki li ghandu energija biex jimxi ‘l quddiem ghandu jkollu tmexxija fil-pajjiz li ssostni dik l-energija u hegga u mhux tkun influenza negattiva fuq il-poplu.

B’responsabilità nistghu inbiddlu d-direzzjoni inghata l-pajjiz. Nistghu nergghu noholqu u ngawdu minn opportunitajiet godda biex jinholoq il-gid. Nistghu nergghu naraw il-gid jitkattar f’pajjizna izda fuq kollox jista’ jerga’ jkollna tmexxija li tinvesti fil-poplu taghna l-gid biex inwettqu l-ghan li ghalih ghandu jinholoq il-gid – il-gustizzja socjali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata