Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Malti fl-Università

E-mail Print PDF
Share

Avviz Legali li deher fil-Gazzetta tal-Gvern f’Ottubru li ghadda zgur li harab mill-attenzjoni ta’ hafna nies. Permezz ta’ dan l-Avviz Legali m’ghadux permess li studenti li jattendu ghal xi kors fl-Università li juzaw l-ilsien Malti biex iwiegbu mistoqsijiet fl-ezamijiet u fi kwalunkwe valutazzjoni ohra, inkluzi tezijiet. Sintendi dan it-tibdil sar wara diskussjoni u l-approvazzjoni tas-Senat tal-Università. Ghalkemm hemm xi eccezzjonijiet, dan ir-regolament se jolqot sahansitra korsijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-Malti, fosthom il-Masters fl-Identità Maltija, fejn fost kollox dawk li qed jaghmlu dan il-kors iridu jiktbu t-tezi taghhom bl-Ingliz.

Ghalkemm fil-maggoranza l-kbira f’hafna mill-korsijiet l-istudenti fl-Università jipprezentaw l-assignments u t-tezijiet taghhom bl-Ilsien Ingliz, kien hemm ghadd ta’ studenti li kienu jippreferu li jaghmlu dan bil-Malti.  Sakemm hargu r-regolamenti l-godda dan kien accettat. Izda issa dan kollu se jieqaf.


Ma nistghux nifhmu xi htiega kien hemm li jittiehed dan il-pass. M’hi skuza xejn li tghid li jehtieg li l-ilsien Ingliz jinghata mportanza kbira fl-Università biex jattira studenti barranin. Dan billi f’dan il-kaz kull ma hu mehtieg, u safejn nafu jien dejjem sar hekk, hu li l-lectures isiru bl-Ingliz u sintendi l-karti tal-ezamijiet ikunu wkoll bl-Ingliz biex studenti barranin jkunu jistghu jwiegbu bl-istess ilsien. Izda mbaghad li tbarri l-ilsien Malti, specjalment fejn jidhlu certu assignments u tezijiet ma jaghmilx sens.


Skuza ohra hi li fejn jidhlu t-tezijiet tal-MA hafna drabi dawn jigu assessjati mhux biss minn ezaminaturi lokali, izda wkoll minn ezaminaturi barranin. Biss anki jekk ghall-argument jinhass li t-tezijiet tal-MA kollha ghandhom jigu ezaminati minn ezaminaturi li ma jafux bil-Malti , xorta jibqa’ l-fatt li bir-regolamenti li saru qed jintlaqtu anke tezijiet f’livelli ohra, li zgur li ma jigux ivvalutati minn ezaminaturi barranin  (ghalkemm jekk se nibqghu sejrin kif ahna sejrin, dalwaqt ikollna lecturers u professuri fl-Università ta’ Malta li jsibuha difficli biex jezaminaw xi assignments u tezijiet miktuba bil-Malti).


Ghalkemm huwa essenzjali li l-istudenti li jidhlu fl-Università jkunu jafu l-ilsien Ingliz tajjeb, filwaqt li huwa pozittiv hafna li l-Ingliz jintuza fil-lectures, specjalment fejn jattendu studenti barranin, min-naha l-ohra ma nistghux nkomplu nghatu bis-sieq lil ilsien Malti, ilsien li mhux biss huwa ufficjali daqs kemm hu l-Ingliz, izda wkoll l-ilsien Nazzjonali taghna, ilsien li missirijietna thabtu kemm felhu biex seta’ jidhol fl-Università.

Ma nistghux nifhem kif  certu ghaqdiet ma lissnu l-ebda kelma dwar dan. Nafu li kien hemm certu professuri u lecturers li qomsu meta semghu bid-decizjoni tas-Senat tal-Università, izda stennejt li jkun hemm aktar ghaqdiet li jsemmghu lehinhom dwar dan.

Jekk mhux se noqghodu attenti, bi skuza jew ohra, l-ilsien Malti se jibda jitwarrab. Ma ninsewx li dan mhux l-ewwel pass li hadet l-Università dwar il-Malti ghax f’Ottubru 2001, kienet ittiehdet id-decizjoni li dawk li jidhlu ghall-kors tal-Ligi setghu jigu accettati avolja ma jkunux kwalifikati fil-Malti. Biex insibu xi fakultà ohra li titlob li jsir l-istess, aktar u aktar li issa l-Malti mhux se jibqa’ jigi wzat fl-assessments, mhix haga kbira.

Ikun zball kbir jekk kulhadd joqghod bi kwietu quddiem din it-thedida ghall-ilsien Malti.


Azzjoni Industrijali

Wara li l-Gvern injora ghal kollox it-talba tal-Malta Union of Teachers dwar l-anomaliji tal-gradi tal-ghalliema  ghax sostna li dawn ma ghandhomx ragun, issa jidher li hemm il-periklu li  minflok jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ghalliema, dawn ikomplu sejrin ghal aghar.

Dan jirrizulta minn dak li sar maghruf waqt ir-rally li sar fil-bidu tal-gimgha li ghaddiet mill-istess MUT. 

Skont il-President tal-MUT, John Bencini waqt laqgha ma esperti barranin,  is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Chris Bezzina qal li fi New York hemm problema ghax l-ghalliema qeghdin ikunu membri tal-unjins u zied jghid li f’Ma­ta hawn problema akbar f’dan ir-rigward. Fl-istess laqgha, Bezzina qal ukoll li mhux sostenibbli ghal Malta li l-ghalliema jibqghu jahdmu 27 siegha u nofs fil-gimgha.

Tghid x’qed jinhema minn taht?

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Rain Shower AM Light Rain / Wind Scattered Showers Scattered Showers PM Showers
7C 10C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata