Il-kazijiet li xi kultant jinstemghu jew naqraw dwarhom fl-ahbarijiet, ta’ htif, serq jew abbuz fuq it-tfal ikexkxu lil kulhadd, barra lil dawk li jkunu wettquhom, jew ghadhom iwettquhom izda s’issa ma nqabdux. MARIE-ANNE ZAMMIT, awtrici zaghzugha ghadha kemm ippubblikat il-ktieb “Tfal Misruqa” li jitratta propju dan is-suggett.
RAMONA PORTELLI ltaqghet maghha biex issir taf aktar dwar ix-xoghol taghha bhala Probation Officer, u dwar dan il-ktieb li jittratta din it-tema tant delikata.
Minix ser nghid ta’ spiss, imma xi drabi nisimghu b’kazijiet ta’ tfal abbuzati sesswalment u anke misruqa. Sfortunatment huma fatti li qed jigru madwar id-dinja u huma tat-tkexkix. Innocentament, uhud mit-tfal qed jisirqulhom l-innocenza taghhom, u jsibu ruhhom f’nassa infinita, fejn jaraw u jesperjenzaw abbuzi sesswali immaginabbli. L-anqas irrid nimmagina tifla jew tifel fl-innocenza taghhom, fejn isibu ruhhom f’dan l-‘infern’!!!
Dwar dan is-suggett sensittiv, stajt nitkellem ahjar ma’ Marie Anne Zammit – awtrici tal-ktieb ricenti taghha “Tfal Misruqa”. Fil-fatt hija gradwata fil-hidma socjali u fis-servizzi tal-probation, u tahdem bhala Ufficjal tal-Probation. Bhalissa qed issegwi kors fid-Diplomatic Studies gewwa l-Università ta’ Malta. Ghamlet xi zmien kienet thobb tpingi u anke kienet tellghet xi esebizzjonijiet. Illum hija qed tiffoka l-hin taghha fuq il-kitba. B’kollox s’issa ppubblikat hames kotba – erbgha bil-Malti u wiehed bl-Ingliz.
Qabel ma mort ghal din l-intervista, naturalment qrajt il-ktieb taghha “Tfal Misruqa”. Nistqarr li pagna wara l-ohra, f’temp ta’ tlett gimghat qrajt il-ktieb kollu. Sammarni u zammni b’kurzità kbira nara x’inhu gej u kif ser jispicca.
Nistqarr li l-kliem li uzat l-awtrici huma kliem cari u dettaljati, fejn ma qaghditx tinheba wara kliemha. Ammirajtha u apprezzajtha li uzat lingwagg car kristall bid-dettalji kollha. Verament nistqarr li kultant hassejtni bla nifs naqra d-deskrizzjonijet cari tal-abbuzi li jsiru fuq it-tfal, imma zammejt saqajja mal-art u ftakart li dawn huma realtajiet. Bniedem avzat nofsu armat!! Tajjeb li permezz ta’ kitba bhal ta’ Marie Anne nkunu nafu x’qed jigri madwar id-dinja li qed nghixu fiha.
Storja tal-ktieb
Il-ktieb ghalkemm huwa rumanz jittratta suggetti sensittivi bhal paranormal, abbuz u pornografija tat-tfal li hija realtà komuni hafna.
Minhabba certu xeni u deskrizzjonijiet, l-qarrejja tal-ktieb ghandu jkollhom minn sittax-il sena ‘l fuq.
L-istorja tizvolgi madwar tifla li giet mahtufa u mizmuma f’post ghall-uzu sesswali u biex jittiehdulha ritratti ghal skop li jintuzaw ghall-internet. It-tifla tispicca tmut u tibda tittormenta lil tifla ohra u ftit ftit tohrog il-verità permezz ta’ psikologa li tghinha tohrog minn dan l-inkubu, imma jkun hemm hafna aktar intricci u anke periklu.
L-iskop ta’ dan il-ktieb huwa li jibni nisga ta’ storja u suspens, imma anke bl-iskop li jeduka lil min jaqrah b’taghrif sottili fuq is-suggett. Filfatt il-ktieb jispicca bi gwida ghall-genituri.
Marie Anne tqis ruhha bhala persuna kumplessa hafna. “Narani nghix f’zewg dinjiet. Wahda f’dinja tal-arti, kitba, holm, u spiritwalità. Id-dinja l-ohra li nghix fiha nqisha bhala wahda realistika, fejn is-socjetà ghandha kilba ghall-poter kullimkien”, bdiet tghidli dwarha Marie Anne.
Teduka bil-kitba
Bdejt billi staqsejtha ghaliex propju din id-darba ghazlet li tikteb dwar l-abbuz u l-pornografija tat-tfal. “Bla ma rrid l-ambjent tax-xoghol tieghi jitfghani f’cirkustanzi fejn insib ruhi wicc’imb’wicc ma’ din ir-realtà. Gieli anke z-zejjed. Il-kitba hija emozzjoni, u filfatt nuzaha biex nohrog dak li nkun qed nara, apparti li nkun qed nikteb ir-realtà kollha. L-ghan tieghi huwa li neduka aktar milli nohloq sensazzjoni”, bdiet tfissirli Marie Anne bil-gentilezza kollha, waqt li konna bilqeghda f’kafeterija ta’ lukanda gewwa Tas Sliema.
Ma stajtx ma nistaqsihix mill-esperjenza taghha tax-xoghol, jekk din ir-realtà hiex qed tigri Malta. Fil-fatt ikkonfermatli fil-pozittiv. “Iva, specjalment bic-chatting online, dan l-abbuz qed jsir anke f’pajjizna. Xi tfal qed isibu ruhhom f’chat rooms jitkellmu ma’ adulti, fejn l-intenzjoni taghhom tkun wahda mahmuga. B’hekk nishqu biex il-genituri jzommu ghajnejhom fuq it-tfal meta jkunu qed juzaw il-kompjuter”, sostniet Marie Anne.
Ridt nisma’ l-opinjoni taghha dwar x’tahseb li jwassal bniedem jasal biex jabbuza mit-tfal.
“Ovvjament hija xi haga anti-socjali u li hija kkunsidrata bhala paraphilia jew perverzjoni. Min ikollu dawn il-hsibijiet ghandu jfittex li jikkontrolla l-impulsi tieghu jew taghha. Pedofelu huwa bniedem li jhoss gibda sesswali lejn it-tfal, kemm bniet u kemm subien u ta’ kull età u ghal dan il-ghan ghandu bzonn il-kura u l-ghajnuna”, fissritli fi kliemha Marie Anne.
Periklu mill-internet
Dwar jekk il-pornografija tat-tfal hiex accessibbli facilment mill-internet, Marie Anne stqarret li hija facli. Min-naha l-ohra jezistu metodi ta’ kif wiehed ghandu jevita li jsib wiccu ma’ dawn il-pagni fl-internet.
“Hafna minn dawn is-siti jirrikjedu passwords sabiex wiehed ikun jista’ jidhol fihom. Jezistu rimedji ohra bhal filtering. B’hekk it-tfal ma jkollhomx access ghal dawn is-siti, u jigi evitat kull periklu li jistghu jgibu maghhom”.
Waqt din l-intervista tieghi maghha, bdejt niftakar fid-dettalji cari u fix-xeni horox li ddeskriviet fil-ktieb u li jsiru fuq tfal misruqa. Bejni u bejn ruhi, bdejt nghid kif bniedem jista’ jasal s’hawn b’din il-hruxija kollha.
Filfatt hawnhekk Marie Anne kkumentat li minghajr sensazzjoni, d-deskrizzjonijiet li tat fil-ktieb taghha mhumiex xi invenzjonijiet taghha, imma huma fatti bbazati fuq dak li semghet u rat hi stess mit-tahrig u kuntatti relatati max-xoghol taghha.
Ta’ min jghid li Marie Anne kienet gietha l-idea biex tikteb dan il-ktieb f’Jannar 2008. Damet tiktbu madwar erba’ xhur. “Ghalija kien facli hafna li niktbu. Il-flow tal-kitba bdiet hierga naturali, u bdiet timbuttani nikteb aktar.
“Ir-ricerka kienet hemm minn qabel, minhabba li jiena dejjem naqra sabiex inkun dejjem aggornata. Imbaghad kien hemm process iehor twil li kien jirrikjedi - editing, proof reading u stampar. Kollox ma’ kollox l-ghan tal-ktieb huwa wiehed li titqajjem awareness dwar dan is-suggett sensittiv”, temmet tghidli Marie Anne.
Il-ktieb “Tfal Misruqa” qed jinbiegh ghall-prezz ta’ €7 u jinsab ghall-bejgh mill-hwienet ewlenin tal-kotba, jew inkella tista’ tibaghat e-mail fuq
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
Din l-intervista saret gewwa The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Sliema.

| < Prev | Next > |
|---|






