Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Iccelebra Jum il-Mara mal-KOM

E-mail Print PDF

maratonaGhal hafna snin in-nisa kienu biss isegwu l-isport minghajr ma jippartecipaw fih. It-tradizzjoni u l-mentalità kienet izzomm lin-nisa lura milli jippartecipaw, mhux biss fl-isport imma wkoll f’diversi aspetti ohra fis-socjetà. Fl-antik, waqt l-Olimpjadi, n-nisa lanqas kienu jithallew jaraw l-isport. Kien biss fis-seklu dsatax li n-nisa bdew jippartecipaw, fuq iz-zwiemel kif ukoll fl-’iskating’. Illum, minkejja li n-numru ta’ nisa fl-isport kiber, nafu li dwan jaffacjaw diversi ostakli f’hafna affarijiet, inkluz fl-isport.

Fl-ahhar erbghin sena s-socjetà Maltija ghaddiet minn bidla kulturali kbira, nkluz ukoll fil-partecipazzjoni fl-isport. Il-Kumitat Olimpiku Malti jippromwovi hafna opportunitajiet ugwali ghal kulhadd, u jinkoraggixxi lin-nisa biex jippartecipaw fl-isport. Il-partecipazzjoni fl-isport hija fundamentali mit-tfulija, u l-edukazzjoni u l-isport jikkumplimentaw lil xulxin ghaliex huma t-tnejn necessarji hafna ghall-izvilupp tal-mohh u l-gisem.


Fl-okkazjoni ta’ Jum il-Mara, l-Kummissjoni tan-Nisa fl-Isport fi hdan il-KOM se torganizza attività biex ticcelebra din il-gurnata. Huwa proprju minn dawn l-attivitajiet u mill-partecipazzjoni, li nistghu ngibu l-bidla ghan-nisa li ghadhom mhumiex rapprezentati bizzejjed fl-isport. 

L-istorja tal-Jum Internazzjonali tal-mara

Il-Jum Internazzjonali tal-Mara ilu jigi ccelebrat mill-bidu tas-seklu dsatax. Ta’ kull sena fit-tmienja ta’ Marzu jigu organizzati numru ta’ avvenimenti madwar id-dinja, sabiex jispiraw lin-nisa.


Minbarra n-numru ta’ attivitajiet kbar, hemm ukoll attivitajiet lokali li jigbru n-nisa minn madwar id-dinja kollha. Dawn jinkludu konferenzi, attivitajiet politici jew tal-Gvern u attivitajiet ta’ networking. In-nisa minn madwar id-dinja jiccelebraw mhux biss ix-xoghol siewi li ghamlu huma, imma jfakkru wkoll id-diffikultajiet li n-nisa ghaddew minnhom biex akkwistaw id-drittijiet, il-libertà u r-rikonoxximent fil-komunitajiet taghhom.


Inti tista’ taghmel differenza. Ahseb globalment u hu azzjoni lokalment bis-sahha tal-isport. Ejja ccelebra Jum il-Mara mal-KOM fil-mixja u girja li ha tkun organizzata nhar il-Hadd li gej, bil-kollaborazzjoni ta’ “alli”. L-ghan ta’ din l-attività huwa li nippromwovu l-beneficcji tal-attività fizika u l-kontribuzzjoni taghha lejn is-sahha generali taghna. KulHadd huwa mistieden biex jattendi u jiehu parti f’din ic-celebrazzjoni tan-‘Nisa fl-Isport’, nhar il-Hadd li gej, li se tibda u tispicca fejn il-Lukanda Dolmen f’Bugibba. Il-programm jinkludi ir-registrazzjoni fit-8am, qabel warm up hafif ta’ ghaxar minuti. Il-girja tibda fit-8.30am filwaqt li l-mixja tibda fid-9am.


Ir-rotta tghaddi minn madwar il-Promenade tal-Qawra u l-partecipanti jduru lura hdejn il-lukanda Qawra Palace u jirritornaw mal-istess rotta lura lejn id-Dolmen. Ir-rotta hija twila 4.5km u mistennija tiehu madwar tletin minuta giri, jew madwar siegha bil-mixi. 
Wara l-attività, l-partecipanti huma mistiedna jaraw ‘ Expo fuq is-Sahha’ gewwa l-istess lukanda. Id-dhul huwa b’xejn u hija mifituha ghall-pubbliku, partecipanti u supporters tal-“alli Women’s Day Fun Run/Walk”.


Matul l-attività ser ikunu armati numru ta’ stands fejn esperti se joffru informazzjoni bla hlas fuq materji ta’ sahha, filwaqt li jqassmu wkoll xi prodotti. Fost il-prodotti hemm tal-isponsor principali, Glaxosmithkline li se jkunu qed jippromwovu l-beneficji tal-‘alli’. Din tghin biex tnaqqas il-piz u mghejjuna bi pjan li jippromwovi s-sahha, hajja attiva u ikel nutrienti fi programm holistiku.


Ser ikun hemm ukoll stand tal-iStarbene sabiex tigi promossa varjetà ta’ prodotti alternattivi tas-sahha. Collis Williams se jippromwovu l-BioFreeze, pain reliever ghal ugiegh mhux daqstant serju. Vichy b’pariri fuq il-gilda. Il-Malta Dairy Products se jkunu qed jippromwovu l-prodotti tal-halib, li huma importanti ghal ghadam b’sahhtu. VJ Salomone jkunu qed jipprovdu basket b’numru ta’ prodotti, nkluz il-Gillette, Pantene u Crest. Il-Health Promotion Unit se jkun qieghed jaghti informazzjoni dwar l-importanza li nieklu tajjeb u li nkunu attivi.


Matul il-mixja u l-girja se jkun qieghed jitqassam l-ilma b’xejn, li se jkun provdut minn Kristal. Aktar ghajnuna ghal dan l-avveniment waslet ukoll minghand AF Signs u l-artista Jeni Caruana. Dan l-avveniment zgur li ma kienx ikun possibbli minghajr l-ghajnuna tad-ditti u l-persuni kollha nvoluti.


Il-mixja u l-girja hija minghajr hlas u l-partecipanti kollha se jircievu memento tal-okkazjoni. Min jixtieq japplika jista’ jimla applikazzjoni mis-sit, www.nocmalta.org u jibghata permezz ta’ email, jew igibha mieghu nhar il-Hadd. Ghal aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lill-KOM fuq 21332801 jew permezz ta’ email fuq This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it . Dan il-progett qed issir bl-ghajnuna finanzjarja tal-Kummissjoni Ewropea, taht il-‘Lifelong Learning Programme’.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
26C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura