Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Gonzi mifxul u jharref anki fuq fatti

E-mail Print PDF

gonziGonzi jghid f’intervista li fi zmien li Louis Galea kien Ministru tal-Edukazzjoni kien ukoll  ­­Ministru tal-Politika Socjali.
Il-fatti juru li mhux biss dan mhux minnu, imma fi zmien li Louis Galea kien Ministru  tal-Edukazzjoni kien l-istess Lawrence Gonzi
Ministru tal-Politika Socjali.

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi mifxul kif inhu bid-diffikultajiet kbar li qed ikollu jiffaccja biex jipprova jiggustifika c-caqliq li ghamel dan l-ahhar fil-Kabinett, qed jispicca jharref u jkun skorrett anke fuq fatti semplici li jinvolvu lilu stess.

F’intervista li kellu aktar kmieni din il-gimgha mal-gurnal elettroniku Il-Gens Illum [www.il-gensillum.com], ghal mistoqsija ta’ Fr. John Avellino u Karl Wright jekk jahsibx li kien wisq li pogga l-Politika Socjali mal-Edukazzjoni u jekk “mhux too much on Dolores Cristina’s plate”, Lawrence Gonzi wiegeb li din is-sitwazzjoni kienet tezisti wkoll fi zmien Louis Galea li meta kien Ministru tal-Edukazzjoni, kien ministru wkoll tal-Politika Socjali. Xi haga li qatt ma grat u assolutament mhux minnu li Louis Galea fid-19 –il sena li dam ministru qatt xi darba kien Ministru tal-Edukazzjoni u tal-Politika Socjali fl-istess waqt.


Bil-pressjoni li qeghdha timmonta fuq Lawrence Gonzi minhabba s-sitwazzjoni prekarja li jinsab fiha l-Gvern Nazzjonalista, il-Prim Ministru qieghed jispicca jkun zbaljat anke fuq il-fatti, ahseb u ara kemm jista’ jkun aktar u aktar zbaljat dwar percezzjonijiet u argumenti politici bbazati fuq fatti zbaljati.


Ironikament fi zmien li Louis Galea kien Ministru tal-Edukazzjoni bejn l-1998 u l-2003 u l-2003 u l-2004, kien Dr. Gonzi nnifsu li kien Ministru tal-Politika Socjali. Allura l-Prim Ministru Gonzi mhux biss kien zbaljat ghax Louis Galea qatt ma assuma dawn iz-zewg ministeri f’daqqa, imma l-amnesia ta’ Dr. Gonzi hija aktar gravi meta tikkonsidra li dan nesa li kien Lawrence Gonzi nnifsu l-Ministru tal-Politika Socjali fiz-zmien li Louis Galea kien Ministru tal-Edukazzjoni. B’hekk Galea qatt ma seta’ jkun Ministru tal-Edukazzjoni u tal-Politika Socjali fl-istess hin, bhal m’hija Dolores Cristina llum.


Ta’ min jghid ukoll li hekk kif Lawrence Gonzi kien gie mahtur Prim Ministru fl-2004, minfloku fil-Ministeru tal-Politika Socjali giet mahtura Dolores Cristina u Louis Galea gie konfermat bhala Ministru tal-Edukazzjoni.


Fil-gimghat li ghaddew din ma kinitx l-unika hrafa tal-Prim Ministru Gonzi ghax fost affarijiet ohra dan kien wasal biex qal li l-‘whistleblower huwa komplici li jikxef lill-kriminali shabu’.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura