Lawrence Gonzi ghabba lill-Maltin u l-Ghawdxin bl-oghla zieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea.
L-istatistika tal-Eurostat dwar il-prezzijiet (HICP) turi li z-zieda fil-prezz tal-elettriku, gass u xi fuels ohra (eskluzi l-petrol u d-diesel) bejn Dicembru 2009 u Jannar 2010 f’Malta kienet l-aktar wahda qawwija, b’zieda ta’ kwazi 29%. Il-pajjiz bit-tieni l-akbar zieda kien il-Litwanja b’ zieda ta’ ftit aktar minn 10%, jigifieri hafna anqas minn dik ta’ Malta.
Il-zieda medja fil-kontijiet ghall-pajjizi kollha tal-UE u taz-Ûona Ewro kienet biss ta’ ftit aktar minn 1%. Sahansitra kien hemm ukoll 6 pajjizi li rahhsu l-prezzijiet, fosthom l-Italja, l-Lussemburgu, l-Olanda, s-Slovakkja, r-Repubblika Ceka, u l-Latvja.
Meta nqabblu l-prezz ta’ Jannar 2010 ma’ dak ta’ sena qabel (Jannar 2009), insibu ghal darb’ohra lil Malta bl-akbar zieda fil-prezzijiet, b’zieda ohra qawwija ta’ kwazi 18%. Dan meta 14 -il pajjiz membru tal-UE, rahhsu l-prezzijiet tal-elettriku, gass, u fuels ohra, sa’ 17%.
Bejn Jannar 2009 u Jannar 2010, il-medja ghall-pajjizi kollha tal-UE u taz-Ûona Ewro turi rohs fil-prezz ta’ 3.4% u 4.5% rispettivament. Importanti li wiehed jiftakar li l-paragun mal-prezz ta’ Jannar 2009 hu wiehed fejn is-sussidji fuq il-kontijiet tad-dawl kienu digà spiccaw ghal kollox, u ghaldaqstant iz-zieda fit-tariffi tal-elettriku b’ebda mod ma tirrefletti t-tnehhija tas-sussidji.
Meta wiehed jikkunsidra biss it-tariffi l-godda tal-elettriku li dahhal il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi f’Jannar 2010, dawn huma kwazi 10% oghla minn dawk li kien dahhal il-Gvern f’Ottubru 2008, meta t-tariffi kienu suppost lahqu l-oghla livell minhabba li l-prezz taz-zejt kien ‘il fuq minn $100 kull barmil.
Il-Gvern kien ukoll qal li t-tariffi tal-elettriku tal-2010 suppost kellhom ikunu fuq l-istess livell ta’ dawk ta’ Ottubru 2008, li filfatt din l-istatistika, turi li dan mhux minnu ghaliex huma 10% oghla.
Il-paragun ma’ pajjizi ohra fl-UE juri bic-car li z-zieda fit-tariffi f’Malta f’Jannar 2010 kienet ezagerata, minkejja li qabel ma zdiedu t-tariffi, Malta kien digà kellha madwar d-disa’ l-oghla tariffi ghall-familji u l-oghla ghan-negozji fost il-pajjizi kollha tal-UE.
Ghaldaqstant, dan jikkonferma dak li qal il-Ministru Tonio Fenech, li dawn it-tariffi zdiedu sabiex ma jizdiedx id-deficit, mhux biex jaghmlu tajjeb ghaz-zieda fil-prezz taz-zejt, izda biex jaghmlu tajjeb ghall-inkompetenza u l-mismanagement tal-Gvern u tal-Enemalta.
Li kieku z-zieda fit-tariffi kienet dovuta biss ghaz-zieda fil-prezz internazzjonali taz-zejt, li pajjizi ohra jixtru bhal Malta, kieku t-tariffi f’Malta kienu jiccaqalqu bhal dawk f’pajjizi ohra tal-UE.

| < Prev | Next > |
|---|






