Il-qtil tal-Bona f’Marsaxlokk
Il-media Nazzjonalista fir-rappurtaggi taghha dwar il-qtil tal-Hadd li ghadda ta’ Anthony Borg maghruf bhala “Il-Bona”, hbiet il-fatt li l-glieda li eventwalment wasslet ghal dan l-omicidju kienet bdiet gewwa l-Kazin Nazzjonalista ta’ Marsaxlokk.
Dan il-fatt li l-glieda bejn il-qattiel u l-mejjet kienet bdiet fil-Kazin Nazzjonalista ta’ Marsaxlokk gie rrappurtat fil-gazzetti u l-mezzi tax-xandir kollha hlief fil-media tal-Partit Nazzjonalista.
Il-media Nazzjonalista hbiet ukoll fatti ohra importanti li gew rappurtati fil-bqija tal-media, imma li min imexxi l-media Nazzjonalista dehrlu li ghandu jostor. Hekk perezempju l-gazzetta The Times irrappurtat li l-klikka (“clan”) tal-Bona kienet maghrufa li tiltaqa’ regolament fil-weekends fil-bar tal-Kazin Nazzjonalista ta’ Marsaxlokk u gazzetti ohrajn irrappurtaw li l-kaz kellu x’jaqsam ma’ crieki tal-uzura.
Minn dakollu s-sit elettroniku tal-PN, il-MaltaRightNow.com ma semmiet xejn, anzi ppruvat tahbi l-konnessjonijiet ta’ dal-kaz mal-glieda li nqalghet fil-bar tal-kazin Nazzjonalista. Skont il-MaltaRightNow “l-kaz beda wara argument li sar fi Triq iz-Zejtun kantuniera ma Triq San Guzepp f’Marsaxlokk”, meta l-fatti kollha juru li l-argumenti bdew wara nofsinhar fil-Kazin tal-PN f’Marsaxlokk, u mbaghad ghal hin tal-quddies ta’ filghaxija, l-allegat aggressur mar quddiem il-Kazin Nazzjonalista armat b’sikkina u jinghad li l-Bona hareg mill-Kazin biex jaffrontah u kien f’dak il-mument li qala’ daqqiet ta’ sikkina li kienu fatali.
Fl-ewwel rapporti dwar il-kaz, kien intqal li l-qattiel ta daqqiet ta’ sikkina lill-mejjet u anki sparalu, imma f’rapporti sussegwenti fuq The Times gie rappurtat li seta’ kien il-vittma li spara tiri fid-direzzjoni tal-qattiel tieghu, li jista’ jfisser li l-Kazin Nazzjonalista ta’ Marsaxlokk kien qed jigi ffrekwentat minn persuni li kienu jgorru fuqhom arma tan-nar.
Is-Segretarju Generali tal-PN Paul Borg Olivier baqa’ ma wegibx ghall-mistoqsijiet ta’ din il-gazzetta ghalfejn il-media Nazzjonalista hbiet il-verità li dan il-kaz ta’ qtil kien origina minn glieda li bdiet mill-Kazin Nazzjonalista tal-PN.
Lanqas huwa maghruf hekk kif sehh dan il-qtil, min ta l-istruzzjonijiet biex, il-bieb tal-Kazin Nazzjonalista jinghalaq u n-nies kollha li kien hemm gewwa jintbaghtu ‘l barra.

| < Prev | Next > |
|---|








