Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Gvern jilghab noli biex ma jghinx bis-sussidju tal-kera

E-mail Print PDF
Share

Il-Gvern jilghab bic-cifri biex jahrab milli jghin bis-sussidju tal-kera lil dawk l-aktar fil-bzonn

Skont it-tibdil li sar fil-ligi tal-kera, l-kera minima ta’ postijiet ta’ residenza ma tistax tkun inqas minn €185. Biex b’hekk hafna kirjiet li kienu ffrizati ghal hafna snin, issa gew riveduti u ma jistghux ikun inqas minn €185 sakemm ma jkunx hemm ftehim mod iehor bil-miktub bejn sid il-post u l-inkwilin. Naturalment hafna minn dawn il-kirijiet baxxi huma marbutin ma’ postijiet zghar ta’ standard baxx fejn jghixu persuni b’pagi baxxi jew li jiddependu fuq is-servizzi socjali.

Ghalkemm ghal uhud il-qabza fil-kera minn ftit liri Maltin ghal €185, tista’ ma tidhirx xi qabza ta’ barra minn hawn, ghal min ghandu dhul baxx din iz-zieda fil-kera certament taghmel il-hajja ta’ dawn in-nies aktar difficli.  Suppost li jezistu skemi socjali ta’ sussidju tal-kera li jghinu lil min hu l-aktar fil-bzonn u jkollu jgannat biex ikampa mal-hajja. Izda minn qed jirrikorri ghad-Dipartiment tal-Housing biex japplika ghas-sussidju, qed isib sorpriza xejn pjacevoli ma’ wiccu.


Biex il-Gvern jahrab mir-responsabbiltajiet socjali tieghu lejn dawk l-aktar vulnerabbli, xi hadd bravu hareg bl-idea tassew intelligenti li biex tapplika ghas-sussidju l-kera ma tridx tkun inqas minn €186, propju Ewro izjed mill-kera minima li ghandhom dawk l-aktar fil-bzonn u li minhabba f’hekk mhu se jkunu jistghu japplikaw ghas-sussidju.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata