Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Msida jirbhu wara li kienu tnejn minn taht

E-mail Print PDF
Share

img_7335Msida St Joseph rebhu din il-partita miftuha fejn iz-zewg timijiet kienu bla biza’ u t-tnejn hargu jfittxu l-gowl sa mill-bidunett.  Kienu Dingli Swallows li hadu l-vantagg ta’ zewg gowls bl-Imsida jkollhom okkazjonijiet fl-ewwel taqsima wkoll izda dawn             fallewhom u wkoll sabu l-gowler avversarju Farrugia attent.
Madankollu l-Misidjani ghamlu rimonta qawwija hafna fit-tieni taqsima meta hadu kontroll assolut u  skurjaw tliet darbiet minghajr risposta biex hadu t-tieni rebha tal-kampjonat.


Msida SJ kienu mmexxija tajjeb minn Tyrone Farrugia u baqghu jippersistu fejn anki setghu skurjaw aktar gowls.  Din certament li kienet wirja ta’ grinta u kuraggjuza li thallihom jittamaw li forsi jibqghu mal-kbar stagun iehor.

Wara zewg minuti loghob kien hemm azzjoni personali ta’ Lattes ta’ Msida bil-kross fil-baxx tieghu ikun imblukkat fil-hin mil-gowler Farrugia.  Fis-sitt minuta kross ta’ Baldacchino ghal Msida SJ, ghola Kalenga quddiem il-lasta izda kkonkluda gholi.


Fid-disgha minuta Dingli fethu li skor.


Kross ta’ Fiteni, ballun ghand Okonkwo li laqat hazin, ballun ghand DINO CACHIA li mil-qrib fetah l-iskor.
Fit-22 minuta korner ta’ Lattes ghall-Imsida, ballun insidjuz jigi ghand Sciberras li mill-qrib ikkonkluda bil-ballun jahbat mal-wieqfa u jmur barra.


Fis-27 minuta Cachia ghal Dingli qassam lejn Okonkwo li approfitta minn zball tad-difiza avversarja u wahdu quddiem il-gowler Mifsud tefa’ barra biex tilef cans tajjeb biex jirdoppja ghas-Swallows.  Ghaxar minuti wara,  freekick ta’ Conceicau ghal Dingli, bil-gowler Mifsud isalva tajjeb.


Fid-39 minuta freekick ta’ Sammut ghall-Imsida, ballun ghand Farrugia li kkonkluda dghajjef f’idejn il-gowler biex tilef opportunità tajba.


Fil-45 minuta xutt mil-qrib ta’ Spiteri ghall-Imsida jghaddi ftit gholi.


Fis-46 minuta Sammut iqassam perfett lejn JOSEPH OKONKWO li dahal fil-kaxxa u qabbez il-ballun minn fuq il-gowler Mifsud li kien hiereg biex jimblokka biex irdoppja ghar-Rainbows li dahlu jistriehu b’vantagg ta’ zewg gowls.


Msida St Joseph bdew ir-rimonta taghhom mill-bidunett.  Fil-51 minuta minn pass ta’ Baldacchino, NDAJI KALENGA sab ruhu wahdu quddiem il-gowler Farrugia u b’xutt fil-baxx naqqas id-distakk.


Minuta wara Msida kienu ghoddhom kisbu d-draw meta Kalenga qassam lejn Lattes, li avvanza u fajjar xutt li l-gowler Farrugia salva izda ma zammx u mir-ribawnd l-istess Lattes ixxuttja f’lasta vojta biex Conceicau salva lil-Dingli meta qala’ l-ballun minn fuq il-linja.
Fl-54 minuta xutt ta’ Ciantar ta’ Msida SJ li minkejja li laqat hazin il-ballun xorta laqat il-lasta.  Zewg minuti wara korner ta’ Farrugia ghal Msida, Briffa kien ghoddu kkommetta awto gowl fit-tentattiv tieghu biex isalva, izda l-ballun imur korner.


Fit-68 minuta Msida SJ jiksbu d-draw. Curmi qassam lejn Kalenga li fajjar xutt b’sahhtu li kien devjat fix-xibka minn Conceicau.
Fit-78 minuta MIGUEL CIANTAR avvanza, wara li rcieva minghand Kalenga u b’xutt fil-baxx skorja l -gowl tar-rebha ghall-Imsida.
Fil-85 minuta tkecca Farrugia      ta’ Dingli li kien ghadu kif        dahal jilghab wara li deher jirritalja.
Fid-90 minuta Ciantar qassam lejn Lattes li minn qaghda tajba xxuttja b’sahhtu bil-gowler Cassar isalva f’korner.

MSIDA SJ: G Mifsud, Micallef, Borda, Sciberras, Baldacchino, Spiteri (Curmi 67), K Mifsud, Farrugia, Lattes, Ciantar, Kalenga (Formosa 91).
DINGLIS S: Farrugia (Cassar 77), Briffa (Doda 88), Sammut, Conceicau, Tellus, Spiteri, Cachia, Formosa, Fiteni (E Farrugia 80), Okonkwo, Azzopardi.

REFEREE: Adrian Azzopardi.    PLEJER TAL-LOGHBA: Emiljano Lattes Msida St Joseph

SKURJAW: Dino Cachia (D) (9 min), Joseph Okonkwo (D) ( 46 min), Ndaji Kalenga (M) (51), Conceicau (awto gowl)(M) (68 min), Miguel Ciantar (M), (78 min).

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain AM Light Rain / Wind Scattered Showers Scattered Showers PM Showers
7C 10C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata