Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantunieri

E-mail Print PDF

Il-ftit versi sportivi ta’ din il-gimgha nifthuhom b’tislima lil persuna li ta kontribut lill-isport f’pajjizna, b’mod partikolari lill-gurnalizmu sportiv, Benny Pace.
Benny halla din id-dinja nhar il-Hamis li ghadda u wiehed ihares lura u japprezza x-xoghol tieghu fl-isport generali, kif ukoll fl-isport Belti, il-kapitali Maltija li huwa tant kien ihobb.

F’hajtu Benny ta diversi kontributi, fosthom fl-Ghaqda Gurnalisti Sportivi li taghha kien il-fundatur, kif ukoll ghal snin twal segretarju ta’ Valletta Football Club u tal-Valletta Waterpolo Club.
It-ton kalm tieghu meta kien jitkellem, il-precizjoni tal-fatti ta’ meta kien jirrakkonta, kif ukoll l-imhabba tieghu lejn il-genwinità fl-isport, ser thalli lil Benny imfakkar matul iz-zmien.
J’Alla ma jdumx ma jkun iz-zmien li anke l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jiddedika triq lil persuna li x-xoghol taghha kien wiehed kbir u ta’ gid.  F’ismi u f’isem il-familja sportiva, nibghat il-kondoljanzi lill-familja Pace.



Malta ftit li xejn nissemmew fuq il-mappa tal-isport internazzjonali. Fil-passat kienu iktar unici milli rari l-isportivi li spikkaw barra.
Bla dubju l-aktar bniedem li qed ihalli marka bhalissa huwa Daniel Bogdanovich. Daniel qed ikollu stagun pozittiv hafna ma’ Barnsley, tant li l-klabb mic-Championship qed joffrilu kuntratt gdid. Bogdanovich huwa plejer ta’ talent, plejer veloci, plejer ta’ dribbling facli u plejer li jaf isib ix-xibka.


Ghalhekk dan il-kampjonat jidher li jiffitja sewwa ghall-karatteristici tieghu. J’Alla kemm jista jkun malajr, Bogdanovich jiffirma kuntratt iehor biex Malta tibqa’ rapprezentata fil-mappa tal-futbol fir-Renju Unit.
--------------------
Fl-Olimpjadi ta’ Vancouver, li issa qed joqorbu lejn it-tmiem taghhom, nhar il-gimgha spikkaw il-kummenti tal-President Russu Dmitri Medvedev li qal li huwa mhux ser jiehu sehem fic-cerimonja tal-gheluq ghax ir-Russja ftit li xejn marret tajjeb.


Wiehed jirrifletti fuq dawn il-kummenti u jinnota l-kultura sportiva, jew in-nuqqas taghha f’certi pajjizi. Anke l-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi tkellem mal-President tal-CONI, Petrucci dwar id-dizastru Taljan fil-Loghob Olimpiku tax-Xitwa. Jien ma rridx inqabbel lir-Russja u l-Italja ma’ Malta, izda jidher bic-car li ghal hafna politici Maltin, l-isport ma jfisser xejn. F’Malta l-kultura sportiva hija nieqsa u kif jghidu, l-huta minn rasha tinten, u ninnotaw li l-kultura sportiva hija nieqsa minn fuq nett.


Il-vizjoni li ghandha l-politika Maltija ghall-isport hija wahda mcajpra ghall-ahhar u ghalhekk fil-futur il-politici jridu jifhmu li l-isport mhux xi haga ta’ poter, li l-isport mhux xi haga ta’ voti, li l-isport hu xi haga li tghaqqad lid-dinja taht il-kappa Olimpika.


Olimpika li ma tfissirx biss l-isport li jaghmel parti mill-olimpjadi, izda tfisser ukoll dak kollu li jaghmel l-isport. Minn semplici girja li ssir f’lokalità mill-kunsill lokali, ghall-finali tal-100 metru fl-Olimpjadi.


Pajjizna ghandu bzonn jinvesti fl-isport bis-serjetà, u mhux jinvesti biss fil-kozmetika, jigifieri f’dak li jidher ileqq izda tahtu jkun hemm hafna  kruha jew ftit sugu.


Fil-gimghat li gejjin, se nibda niddedika paragrafi lejn is-sitwazzjoni tal-isport f’pajjizna u nittama li minn dawn il-paragrafi jkolli twegibiet minn min huwa nkarigat li jaghmel il-policy tal-isport f’dan il-pajjiz.


Nikkonkludi bil-Formula Wiehed fejn minn hawn u ftit granet ohra jibda l-kampjonat mondjali. Kampjonat mondjali li ser ikun wiehed partikolari ghal diversi aspetti.


Ser ikun il-kampjonat tar-ritorn tal-kbir Michael Shumacher, mhux ma’ Ferrari izda kif kienu qalu u kitbu hafna, ma’ Mercedes. Wiehed ta’ min jammira lil dan is-sewwieq li kien temm il-karriera bhala eroj u l-aqwa sewwieq ta’ kull zmien u issa ser jerga’ jitfa’ ruhu ghad-diskussjoni.


Kuragg li din il-gimgha però rajtu jonqos u jidhol xi ftit il-paniku, hekk kif Shumacher beda jattakka l-karozza Mercedes tieghu li ghada ma waslitx fejn kellha tasal s’issa.


Naraw jekk Shumacher wara din is-sena jergax johrog bhala l-aqwa u l-ahjar jew inkella jkollu jibqa’ mfakkar biss ghal dak li ghamel qabel. Huma diversi l-atleti fi sport differenti li qed jergghu jidhlu lura wara li jkunu rtiraw. Fit-tennis rajna r-ritorn tal-Belgjana Kim Cliysters u Justine Henin, fic-ciklizmu rega’ lura Lance Armstrong u ohrajn li fi ftit zmien regghu gew fl-oghla livell. Xi jfisser dan?
Li l-flus jaghtu toghma tajba lil kulhadd. Li d-dinja saret iktar nostalgika jew inkella li mhux qed ikun hemm zghazagh bizzejjed li jghollu l-livell. Iz-zmien jaghtina risposta. Nistennew u naraw.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura