Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Bzonn ta’ politika agrikola realistika u li tindirizza l-htigijiet lokali

E-mail Print PDF
Share

maltanaturetours_selmunmistra_pic10_copy“Malta ghandha bzonn ta’ politika agrikola mfassla apposta biex tkun tista’ tindirizza l-htigijiet tal-biedja Maltija,” isostni Joe Sammut il-Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Agrikoltura, Sajd u Zvilupp Rurali.


Bhala membru tal-Unjoni Ewropea (UE), Malta tippartecipa fil-Politika Agrarja Komuni (PAK) li tigbor fi hdana suq kbir li hu miftuh ghal kompetizzjoni qawwija. Minkejja li bosta pajjizi inkluz Malta gawdew minn sussidji u skemi li jinghataw taht il-PAK, xorta wahda din il-politka komuni mhijiex zviluppata b’mod sostenibbli biex tindirizza l-bzonnijiet specifici ta’ Malta.

Joe Sammut isostni li “meta wiehed ihares lejn il-ftehim li sar bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea, isib li l-produtturi u l-processuri Maltin ma jistghux ikampaw bl-iskemi u l-mizuri miftehma fil-qasam tal-biedja u l-izvilupp rurali ghall-perijodu 2007 – 2013.”


Bhalissa bosta produtturi Maltin u Ghawdxin qed isibuha difficli biex ibieghu l-prodotti taghhom. Haxix frisk qed jibqa’ l-Pitkalija minhabba li s-suq qieghed ikun mifqugh bi hxejjex li jigu impurtati. Il-produtturi tal-laham qeghdin jiffaccjaw l-istess problema. Il-laham frisk Malti mhux qed igib prezzu minhabba l-importazzjoni ta’ laham minn barra. Il-problemi tal-bdiewa Maltin ma jiefqux hemm. Il-kampanja ftaqret, b’ nuqqas ta’ hamrija tajba u l-livell tan-nitrati fl-ilma li qed jilhaq livelli allarmanti bil-perikli kollha ghas-sahha tal-bniedem li dan jista’ jgib mieghu.


L-Avukat Sammut jishaq dwar l-importanza li Malta jkollha politika li thares il-bzonnijiet tal-pajjiz u li tkun mibnija fuq principji sodi u prijoritajiet cari. “Il-biedja Maltija ghandha bzonnijiet unici u specifici u ghalhekk tehtieg politika diretta li tindirizza l-aspetti kollha ambjentali u li tkun ibbazata fuq erba’ principji. Dawn il-principji jinkludu l-principju tal-kura, l-principju tas-sahha, l-principju tal-ekologija u l-principju tal-ekwità. Dawn l-erba’ principji ghandhom jizguraw li l-biedja f’pajjizna tinghata pedamenti sostenibbli, kemm ghal dak li huwa valur ekonomiku u l-valur mizjud li tohloq il-biedja.”

Niehdu hsieb l-ilma

Minhabba l-klima xotta ta’ Malta, hemm bzonn li niehdu hsieb kull qatra ilma li ghandna. L-Avukat Sammut tenna jghid, “l-ilma tax-xita hu rizors naturali li ghandu jinhazen sa mill-oghla gholja f’raba‘ imtarrag, sal-izghar pjazza fil-lokalità. Huma mehtiega gwiebi u bjar fl-ghelieqi u fix-xaghri biex jilqghu kull qatra ilma tax-xita. L-UE ghandha toffri skemi u mizuri biex ihajru iktar investiment fil-hazna tal-ilma. Ghandu jkun hemm ukoll kontroll qawwi fuq il-fertilizzanti artificjali u fuq it-tferrix tad-demel fir-raba’. Altrimenti mat-tisqija bid-drip ghandu jkun hemm fertilizzant organiku mahlul li jinghata skont l-istadju tat-tkabbir tal-pjanta biex ikun hemm immaniggjar preciz fl-operat tal-bidwi.”


Hemm ukoll dak li jissejjah l-ilma tat-tieni klassi li jikkonsisti fl-effluwenti tad-drenagg wara li dan jissafa. Ghalkemm dan l-ilma jista’ jaghmel hsara lill-ilma tal-pjan (il-water table), dan jista’ facilment jigi uzat fil-qasam industrijali u turistiku minghajr ma jikkaguna hsara lill-ilma tax-xorb.

Tharis tal-kampanja u
l-eko-sistema Maltija

Il-kampanja Maltija tista’ titqies bhala l-pulmun ta’ dawn il-Gzejjer. Minbarra l-aspett ta’ estetika, tad-dehra li tpaxxi l-ghajn, il-kampanja hija rizors imprezzabli b’valur ta’ wirt naturali u li jhalli impatt pozittiv fuq id-dimensjoni psikologika tal-bniedem. Ghalhekk ghandha tinghata importanza biex b’hekk jizdied il-valur tal-eko-sistema Maltija.


Illum il-gurnata f’pajjizna ghandna bzonn ta’ suq b’kompetizzjoni iktar trasparenti fejn il-konsumatur jiehu valur ghal flusu filwaqt li l-produttur jiehu hlas gust ghal hidma tieghu.


Dr. Sammut isostni li f’dan ir-rigward hemm “bzonn ta’ iktar investiment biex b’hekk tkun tista’ tigi mfassla politika realistika maghmula apposta ghall-htigijiet tas-suq Malti. Qed jinhass il-bzonn ta’ investiment iktar qawwi, specjalment f’imhazen, cold stores u mekkanizmi li jizguraw li s-suq jimxi b’mod trasparenti.“


Ghal Joe Sammut huwa essenzjali li l-prodott li jipproducu il-bdiewa u r-rahhala jkun tal-oghla kwalità, mehlus minn kull tip ta’ tracci ta’ kimika li jistghu idghajfu s-sahha tal-konsumatur. Prodott ta’ kwalità jirrikjedi trasparenza f’kull stadju tal-produzzjoni. Ghandhom jiddahhlu mezzi fejn il-konsumatur ikun jista’ jsegwi u jittracca kull stadju tal-produzzjoni, mill-istalla jew l-ghalqa sal-furketta w il-platt.

Anke f’dak li huwa ipprocessar tal-ikel hija mehtieg trasparenza sabiex il-konsumatur mhux biss ikun jaf ezattament x’jinvolvi l-ipprocessar u kif sar il-prodott. Dan jitlob mhux biss certifikati ta’ Good Agriculture Practices, imma wkoll verifika tal-HACCP- Hazard Analysis Critical Control Point .

Mizuri bzonnjuzi

Dawn huma biss uhud mill-proposti li ghandhom jassiguraw prodott ahjar u prodott ta’ kwalità. Sammut temm jghid, “irridu nahdmu bi shih biex nidentifikaw il-bzonnijiet ta’ pajjizna fuq medda ta’ snin, biex b’hekk nohorgu b’agenda realistika u mizuri konkreti mifthema mal-UE ghal wara l-2013 li jindirizzaw l-bzonnijiet ta’ kulmin hu involut fl-industrija agrikola, u nizguraw prodott tajjeb u ta’ kwalità ghal konsumatur Malti.”

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain Shower Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata