Intilfu 2000
impjieg fl-2009. Seba’ impjiegi kuljum. Kienet is-sena tal-akbar u l-ikreh krizi ekonomika li d-dinja esperjenzat f’ghexieren ta’ snin. Ghal Prim Ministru u l-gvern tieghu dan bhal donnu ma jfisser xejn.
Nhar it-Tnejn fil-Parlament, waqt id-diskussjoni dwar il-mozzjoni imressqa mill-Oppozizzjoni Laburista kontra r-rati esagerati tad-dawl u tal-ilma, il-Prim Ministru b’wiccu minn quddiem qalilna li Malta irrispondiet tajjeb ghal krizi. Injora kompletament mhux biss l-ghajta tal-poplu maghqud wara l-unjins taghhom, izda anke l-korpi kostitwiti li qalulu li r-rati tad-dawl u tal-ilma kienu qed u se jkomplu jheddu l-kompetittività ta’ pajjizna.
Izda ghal Prim Ministru ma jfisser xejn li bil-mizuri li ha, faqqar u se jkompli jfaqqar lill-familji Maltin u Ghawdxin u li l-industrija u n-negozju ma jistghux jiehdu ruh bi spejjez li l-gvern waddab fuqhom propju f’dan iz-zmien difficli.
Argument iehor tal-Gvern Nazzjonalista huwa li z-zidiet fir-rati tad-dawl u tal-ilma huma mehtiega minhabba l-investiment li jinhtieg isir fis-servizzi tal-energija. Pajjizi ohra li wkoll qed jinvestu bil-kbir f’energija alternattiva, gharfu li ma jghabbux lill-familji, lin-negozji u lill-industrija taghhom biex jaghmlu l-bidliet mehtiega f’dan is-settur.
Pajjizi ohra ilhom jahdmu u qed ikomplu jahdmu bi programm fit-tul biex jiehdu inizjattivi favur l-uzu ta’ energija alternattiva.
Bizzejjed jekk tmur sa Cipru biex tara kif gvernijiet ohra kif hadmu. Ma tarax bejt li m’ghandux is-solar heaters, li saru bi skemi tal-istat, snin twal ilu. F’pajjizna l-gvern Nazzjonalista kien biss ftit tas-snin ilu li hareg bi skema li kienet limitata ghal ftit u mhux ghal kulhadd.
Sadanittant fuq il-premessa tal-Prim Ministru li Malta laqghet tajjeb ghal krizi, bilfors li jkollna nistaqsu kif pajjizi ohra, li wkoll gew effettwati bl-aktar mod hazin bil-krizi ekonomika internazzjonali u l-gholi fil-prezzijiet taz-zejt, ma ziedux l-ispejjez tal-energija bir-rata ta’ 29% bhalma ghamel il-Gvern Nazzjonalista. Anzi pajjizi ohra ghamlu u qed jaghmlu hilithom biex jaghmlu minn kollox u jzommu lil pajjizhom kompetittiv billi introducew pakketti ta’ stimolu ekonomiku effettiv, halli l-industrija u n-negozji jirpiljaw u ma tikbirx il-gerha tan-nuqqas ta’ impjiegi.
Mhux talli l-gvern Nazzjonalista hadem bil-qies biex jistimula l-ekonomija, talli propju f’dan iz-zmien fejn hemm ic-cans li l-ekonomija dinija tibda tirpilja bil-mod il-mod, rega’ iddecieda li jaghti tisbita ohra lill-inizjattivi u lill-motivazzjoni f’pajjizna biz-zidiet il-godda f’dawn ir-rati. Din is-sitwazzjoni hija inkwetanti tassew.
Filwaqt li ftit jiem ilu thabbar li l-Gvern lahaq ftehim mal-Malta Hotels and Restaurants Association, dwar il-kwistjoni tat-taxxa gdida li kellu jintroduci ta’ 50 centezmu fuq kull turist ghal kull lejl li jqatta’ f’Malta kif ukoll skemi ta’ soft loans biex ikunu mghejjuna dawn l-intraprizi halli jnaqqsu l-konsum tal-energija, xorta wahda l-Gvern jidher li baqa’ insensittiv ghal kompetittività ta’ pajjizna, ghaliex baqa’ ma indirizzax il-problema li r-rati l-godda qed u se joholqu lill-industrija tat-turizmu fl-immedjat. Dan kien ikkonfermat anke mill-President tal-MHRA waqt il-konferenza ghall-media. The Times tal-Gimgha, 5 ta’ Marzu 2010 irrapportat li: ‘On energy schemes, Mr Micallef said that, although these did not make up for the steep increase in the utility tariffs, hotels would be able to invest to reduce their consumption. Although this would not be felt immediately, it would help in the medium and long term.’
Hawnhekk bilfors nistaqsu dwar x’se jigri ghall-immedjat. Kif se nassiguraw li Malta tkun kompetittiva fil-prezz f’dan iz-zmien delikat, wara sena mill-aghar, fejn il-lukandi tilfu mill-gross operating profits taghhom 37%, jigifieri 29 miljun euro u bir-rati l-godda se jkomplu jitilfu 19% ohra? Din is-sitwazzjoni hija tassew inkwetanti partikolarment meta nafu li Malta ilha titlef mill-kompetittività taghha fis-settur meta imqabbla ma’ destinazzjonijiet ohra turistici.
Sa minn qabel il-krizi ekonomika, fis-sena 2008 il-World Economic Forum kien ikklassifika lil Malta fil-100 post minn 130 pajjiz ghal kompetittività fil-prezz, filwaqt li s-sena li ghaddiet kienet giet ikklassifikata fil-122 post minn 130 destinazzjoni. Kif se jirnexxielu s-settur izomm l-impjiegi f’dawn ic-cirkostanzi, meta minn analizi tal-istatistika tal-NSO, nafu li intilfu medja ta’ 5% mill-impjiegi full time?
Is-sitwazzjoni hija prekarja u inkwetanti. Jilhaq kemm jilhaq arrangamenti, il-Gvern irid ihares ghall-immedjat ukoll, ghaliex jekk ikompli jizzoppja lill-industrija u lill-familji, se tkun ferm aktar difficli biex ghat-tul niehdu r-ruh.

| < Prev | Next > |
|---|








