Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Shab socjali fl-MCESD

E-mail Print PDF

michael_parnisIl-bazi li fuqu nbniet l-Unjoni Ewropea hi l-partecipazzjoni tas-shab socjali f’hafna livelli. Jezistu strutturi shah fejn is-shab socjali jiddiskutu bejniethom u jippruvaw jaslu ghal xi forma ta’ ftehim li hafna drabi wara jiehu l-forma ta’ regolament, direttiva jew xi ligi tal-UE.


Kien il-hsieb tal-fundaturi tal-UE li kemm jista’ jkun jinvolvu l-haddiema, is-sidien u s-socjetà civili f’hafna mid-decizjonijiet li jittiehdu. Matul iz-zmien dan id-djalogu ha forma aktar strutturata u llum ghandna diversi istituzzjonijiet li huma maghmulin mir-rapprezentanti tal-ishab socjali. L-aktar istituzzjoni mportanti hi bla dubju ta’ xejn il-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew, il-KESE.

F’Malta ukoll ghandna kumitat simili ghall-KESE li jissejjah ‘Il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali, l-MCESD. Meta twaqqaf kien l-MCED biss u wara dahlet ukoll il-politika socjali. Mat-twaqqif tieghu giet stabbilita l-kompozizzjoni tieghu: is-sidien inghataw erba’ rapprezentanti li nqasmu wiehed kull wiehed bejn il-Malta Employers Association, il-Kamra tal-Kummerc, il-Federazzjoni tal-Industrija u l-Malta Hotel and Restaurant Association.

 

Erbgha ohra hadhom il-Gvern u erbgha ohra inghataw lit-trejd unjins, tnejn il-GWU u tnejn s-CMTU. Hawn beda jberraq ghax il-UHM ma accettatx dan l-arrangament u finalment sar qbil li t-tnejn tas-CMTU jinqasmu wiehed ghall-istess CMTU u l-iehor ghall-UHM. Dan minkejja li l-UHM kienet il-parti l-kbira tas-CMTU u dan kien ifisser li jista’ jkollok sitwazzjoni fejn ikun hemm zewg rapprezentanti mill-UHM fl-MCESD.


Hallejt barra organizzazzjoni ohra, mhux bi zvista, hallejt barra il-General Retailers and Traders Union GRTU ghax fil-bidu meta twaqqaf l-MCED dawn la kienu parti mis-sidien u anqas parti mill-haddiema. Kienu jxaqilbu ma’ fejn jaqbel fil-mument. Daqqa jghidu li huma sidien ghax il-membri taghhom huma proprjetarji tal-hwienet, u daqqa jghidu li huma haddiema biex ikollhom id-dritt tal-istrajk u mieghu l-immunità.  Saret il-ligi u dak li semmejt aktar qabel, sar ligi tal-MCESD ta’ pajjizna.


Minn meta Malta saret membru tal-UE, il-GRTU giet meqjusa parti mis-sidien u mhux aktar fin-nofs.  Dan johrog car mir-rapprezentanza taghhom fil-KESE fejn huma qeghdin fi grupp wiehed, dak tas-sidien. B’hekk minghajr ma nbidel xejn mil-ligi, l-MCESD sar hames sidien, erbgha haddiema u erbgha Gvern.

F’dawn l-ahhar granet sar hafna diskors dwar l-applikazzjoni li ghamlu shabna tal-Forum biex jinghaqdu huma ukoll fl-MCESD. Ma jriduhomx u sabu l-iskuzi kollha biex ma jdahluhomx. Bdew billi qallu li jekk f’MCESD jaqbel kulhadd li tinbidel il-ligi, allura dawn ikunu jistghu jidhlu. Il-verità hi la l-Gvern ma jridhom u wisq anqas l-UHM u s-CMTU. Wara, meta ahna sostnejna li ghandna nigu draw jew ahjar 5 b’5, qalulna li l-GWU messa iccedi siggu biex jidhlu huma. Insew li ftit qabel kienu ghadhom kemm qalu li jrid ikun hemm qbil minn kulhadd u li l-ligi ma tistax tinbidel. Insew ukoll li minkejja li l-ligi ma nbidlitx, xorta wahda sar tibdil fil-kompozizzjoni. Qed nirreferi ghall-fatt li l-FOI llum ma ghadhiex tezisti u sa certu punt lanqas il-Kamra tal-Kummerc. Minflok illum ghandna organizzazzjoni wahda li ghaqdet flimkien dawn it-tnejn, izda dawn ma naqsilhomx rapprezentant mill-MCESD, zammew tnejn minkejja li l-ligi issemihom b’isimhom.  Ma jidhirlix li nbidlet il-ligi u lanqas li dan l-issue gie diskuss fl-MCESD. Sempliciment komplejna qisu ma gara xejn.

Ghalhekk niskanta u nitnixxef meta nisma’ certi argumenti kemm min-naha tal-Gvern, mill-GRTU u mis-CMTU u l-UHM. Il-verità hi li ghandna xi haga hazina. Unjin li tirrapprezenta eluf ta’ haddiema qed tithalla barra ghax xi hadd ma jridhiex tkun maghhom. Hemm soluzzjoni hafifa hafna, jizdiedu zewg membri biss fl-MCESD, wiehed ghan-naha tal-Gvern u l-iehor ghat-trejd unjins, b’hekk nigu indaqs 5, 5 u 5. Dik hi s-soluzzjoni, semplici hafna izda l-Gvern ma jistax jiccaqlaq ghax ostagg ta’ xi hadd mill-istess membri tal-MCESD

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura