Emminni hbieb tieghi, li mn’alla kien Lou Bondi, rebbieh ta’ tv award, biex din il-gimgha rega’ rregalani b’lejla tassew divertenti. Taf ghaliex? Ghax rega’ tani l-opportunità nsegwi l-gherf u l-bilanc bla qies ta’ hadd izjed ghajr Gejtu Vella tal-UHM u Vince Farrugia tal-GRTU.
Gejtu u Vince tawni hafna gost, anke jekk dehru mahruqin.
Jiena konvint li kienu mahruqin mhux ghaliex minkejja li ma hadux sehem fil-protesta tal-Hadd, din il-protesta kienet success enormi. Imma kienu mahruqin ghax Lou Bondi beda kontinwament jgharrafhom li waqt il-protesta kien hemm min “ghajjarhom”.
Mhux l-istess nahseb ghal Lou Bondi, li wkoll kien mahruq sew. Ikolli nghid li Lou Bondi kien mahruq ghax huwa Nazzjonalist ippatentjat, u allura ma hax gost bis-success tal-protesta.
Tant kien mahruq Lou Bondi li minflok ftahar li rebah tv award, ftahar li rebah music award.
Kieku kanta mqar darba, kien forsi jghatti xi ftit il-harqa li kien mahruq.
2. SALARJI
Ghalkemm, kif ghedtlek, Lou Bondi huwa Nazzjonalista ippatentjat, huwa ma jiddejjaq xejn jiehu sehem fi protesti meta fil-gvern ikun hemm il-PN, anke jekk qatt ma jghaddilu minn mohhu li jaghmel xi protesta f’xi pajjiz imbieghed, daqskemm huwa mbieghed il-Kanada.
Imma, kif qalilna, Lou Bondi nnifsu, perezempju huwa ma ddejjaq xejn jiehu sehem fi protesta kontra c-censura li saret propju ftit jiem qabel il-protesta kontra l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.
U ara ma tmurx tahseb li Lou Bondi ma hax sehem fil-protesta kontra l-kontijiet ghax huwa Nazzjonalist.
Ir-raguni hija wahda semplici.
Lou Bondi dehrlu, kif qal fil-programm, li impjegati li ghandhom salajri gholjin (skont hu), ma kellhomx ghalfejn jiehdu sehem fil-protesta ta’ kontra l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.
U ladarba d-dhul tieghu, (grazzi ghal Natalino Fenech, li skont Bondi nnifsu huwa gurnalist ta’ veru), huwa wiehed gholi sew, allura ma kellux ghalfejn jipprotesta.
3. KOLLOX JINDARA
Mela kont qieghed insegwi l-programm “Kartolina” ta’ Alfred Zammit, u smajt lil Alfred jifthilha kontra Tonio Fenech ghax dan qalilna li l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma se jibqghu kif inhuma, u allura jkun ahjar jekk nidrawhom.
Nghid ghalija ma nistax nifhem ghaliex Alfred Zammit hadha daqshekk kontra Tonio Fenech ghax qalilna biex nidraw il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.
Mhux nidraw il-kontijiet biss irridu, Fred, imma rridu nidraw inhallsuhom. U rridu nidraw inhallsuhom fil-hin ghax inkella nehlu l-imghax.
Imma apparti dan kollu, Fred, dahhalha f’mohhok li fid-dinja kollox jindara. Fred, tahseb li Tonio Fenech ha gost li kellu jidra jara l-loghbiet importanti tat-tim favoriti tieghu, Arsenal minn fuq it-tv minflok jilqa’ xi stedina biex b’ajruplan privat imur jarahom fil-belt fejn ikunu qeghdin jilaghbu?!
4. Appell
Jidher li l-kaccaturi se jgibuha ftit zewg. Ta’ lanqas mhux se jigrilhom bhan-nassaba li spiccaw ma jistghu jonsbu qatt, minkejja li l-prim Gonzi kien weghdhom li se jkomplu jgawdu d-delizzju taghhom ghal dejjem ta’ dejjem.
Milli jidher, il-kaccaturi se jkunu jistghu johorgu ghall-kacca tal-gamiem u s-summien ghal tliet gimghat f’April.
Imma l-kaccaturi jridu jzommu f’mohhhom li se jithallew johorgu ghall-kacca bil-kundizzjoni li lkoll flimkien, il-kaccaturi kollha Maltin u Ghawdxin, ma jaqbdux aktar minn 22,300 gamiema u aktar 10,800 summiena. Ghalhekk jekk int kaccatur, hu hsieb li kull gamiema u kull summiena li taqbad, mur irregistraha x’imkien.
Jekk ma jkollokx fejn tirregistraha, hu l-parir tieghi u gharraf biha lill-prim Gonzi biex ghada pitghada hadd ma jgib xi skuza u jigrilkom bhan-nassaba u titilfu d-delizzju taghkom ghal dejjem ta’ dejjem.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|








