Jipprezenta petizzjoni formali quddiem il-Parlament Ewropew li ssejjah ghall-investigazzjoni dwar tniggiz mit-trab li gej mill-industrija tal-bini bi ksur tal-ligijiet Ewropej
L-MEP Nazzjonalista Simon Busuttil qata’ jieshu li l-gvern tal-partit tieghu u l-awtoritajiet regolatorji ta’ dan il-pajjiz se jsibu tarf tal-problema tat-tniggis u tal-kwalità tal-arja, u filfatt talab lill-Parlament Ewropew jinvestiga u biex isus fuq l-awtoritajiet Maltin biex ma jhallux aktar dan it-tniggis li jikser il-ligi Ewropea.
Simon Busuttil fil-granet li ghaddew ressaq fil-Parlament Ewropew petizzjoni f’isem 1200 persuna li ssejjah ghal investigazzjoni formali dwar it-tniggis mit-trab li gej mill-industrija tal-bini li qed tifga certi zoni f’Malta.
Il-fatt li deputat elett f’isem il-Partit Nazzjonalista hass li kellu ghalfejn jirreferi l-ilment tieghu quddiem istituzzjoni Ewropea, mhux biss qed jigi kkunsidrat bhala att ta’ sfiducja fl-istituzzjonijiet lokali, imma anke konferma ta’ kemm dawn mhumiex iservu ta’ protezzjoni effettiva ghac-cittadin komuni.
Fl-ittra li baghat lill-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek, Simon Busuttil sostna li Malta qed tikser id-direttivi tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u talab lill-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew biex formalment jinvestiga dan l-ilment.
Simon Busuttil MEP elett f’isem il-Partit Nazzjonalista li jinsab imexxi l-gvern f’Malta, tant qata’ qalbu mill-MEPA u mill-awtoritajiet lokali li suppost jikkontrollaw il-livell ta’ tniggis f’pajjizna, li dawn se jiehdu l-mizuri mehtiega biex jizguraw li jinzammu l-livelli tal-UE f’dik li hija kwalità tal-arja, li spicca jirrapporta lill-gvern tal-partit tieghu quddiem l-istituzzjonijiet Ewropej. Ta’ min jghid li l-MEPA u l-harsien tal-ambjent jaqa’ taht ir-responsabbiltà ministerjali diretta tal-Prim Ministru Gonzi.
Fl-ittra tieghu lil Buzek, Simon Busuttil sahansitra qal li “ir-residenti jhossu li ghal hafna zmien, l-industrija tal-kostruzzjoni thalliet taghmel li jffettilla bl-iskuza dubbjuza li r-regolamentazzjoni ta’ dan is-settur tista’ b’xi mod thedded l-attività ekonomika. Li wiehed ikollu jghix gurnata wara l-ohra vicin ta’ impjant tal-kostruzzjoni li jarmi hafna hsejjes u trabijiet il-hin kollu, mhux biss hu ta’ periklu ghas-sahha imma hafna drabi johloq hafna tensjoni u ansjetà kbira.”
Sadanittant anke il-Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Ambjent Leo Brincat aktar kmieni din il-gimgha sostna li l-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi qed jittratta l-kwistjoni tat-trab l-iswed u dik tal-irwejjah u l-kontaminazzjoni fil-Marsa b’mod legger u bit-tkaxkir tas-saqajn.
Minkejja li lejn l-ahhar ta’ Novembru li ghadda Gonzi kien ta x’jifhem li kien mistenni li se jkollu t-testijiet konklussivi dwar il-kwistjoni tat-trab iswed, skont media briefing li saret din il-gimgha mid-Direttorat tal-Ambjent tal-MEPA, jidher li ghadna fejn konna xhur ilu, bl-awtoritajiet igibu l-argument li ma jistghux jiehdu azzjoni konkreta qabel ma jidentifikaw is-sors specifiku ta’ dan it-tniggis. Ghalkemm ma giex eskluz li t-tniggis jista’ jkun gej mill-power station tal-Marsa, il-MEPA qeghdha tghid li ghad m’hemmx provi cari bizzejjed li jippruvaw li dan huwa s-sors.
Fl-istess waqt, il-Kummissarju tal-Ambjent Janez Potocnik wiegeb mistoqsija tal-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-PE Louis Grech u habbar li l-Kummissjoni se tiehu azzjoni fuq Malta dwar it-trab l-iswed li qed jolqot in-Nofsinhar ta’ Malta.
Dan waqt li l-istess Kummissjoni Ewropea qalet li Malta mhijiex tghaddi l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja ta’ Malta. Filfatt il-Gvern Malti kien indika li se jibghat il-pjan addotat ghall-kwalità tal-arja, imma dan il-pjan qatt ma ntbaghat lill-Kummissjoni Ewropea li qed tikkunsidra li tkompli tiehu passi kontra Malta.
Leo Brincat sostna li “il-poplu ghandu dritt jkun jaf x’sar konkret min-naha tal-Prim Ministru nnifsu biex isolvi din il-problema, illum li ghaddew tliet xhur mill-istqarrijja kategorika li ghamel fil-Parlament fejn kien habbar pjan konkret ta’ azzjoni biex tissolva l-problema darba ghal dejjem.”
Il-Partit Laburista qieghed jitlob lil Dr. Gonzi bhala Ministru tal-Ambjent biex jaghti data indikattiva dwar meta jahseb li il-problema tat-trab iswed se tigi rizolta darba ghal dejjem.

| < Prev | Next > |
|---|








