Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-2009 - sena ta’ telf ta’ impjiegi u nuqqas ta’ investiment

E-mail Print PDF
Share

picture_2L-oghla rata ta’ qghad f’dawn l-ahhar hames snin

Kontra l-impressjoni li pprova jaghti l-Prim Ministru Lawrence Gonzi f’gheluq is-sentejn mill-gvern tieghu, fir-realtà s-sena 2009 kienet ikkaratterizzata minn telf ta’ impjiegi u zieda fin-numru ta’ nies jirregistraw ghax-xoghol.

L-ahhar statistika tal-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika (l-NSO) turi li l-impjiegi full-time bejn Settembru 2008 u Settembru tal-2009 naqsu b’1,806. Minnhom kien hemm tnaqqis ta’ 1,023 impjieg mis-settur privat, fosthom fis-servizzi finanzjarji, transport u komunikazzjoni, lukandi u ristoranti, il-manifattura, kostruzzjoni, u fil-biedja u s-sajd.


Skont statistika tal-Eurostat, fit-tielet kwart tal-2009, Malta baqghet bl-aktar rata baxxa ta’ impjiegi fost il-pajjizi kollha tal-UE, u din naqset minn 56.1% ghal 55.1%, meta l-medja tal-UE hi kwazi ta 65%. Anke Spanja u l-Grecja, minkejja l-krizi kbira li ghaddejjin minnha, irnexxielhom jzommu livell ta’ impjiegi ferm aktar milli tiggenera Malta, tant li dawn ghandhom rispettivament kwazi 60% u 62% tal-persuni fl-età li jistghu jahdmu, li filfatt ghandhom impjieg.


Pajjizi zghar bhal Cipru u anke l-Izlanda, li n-Nazzjonalisti tant ihobbu jsemmu, ghandhom rispettivament 70% u 80% ta’ dawk bejn 15 u 64 sena li filfatt ghandhom impjieg, filwaqt li Malta huma biss 55% li ghandhom impjieg. Dan juri li effettivament il-gvern ta’ Dr. Gonzi mhuwiex kapaci johloq bizzejjed impjiegi biex jintlehqu il-miri ta’ Lizbona.


L-istess statistika tal-Eurostat turi li r-rata ta’ impjiegi part-time f’Malta hi inqas mill-medja tal-UE, l-aktar minhabba r-rata ta’ partecipazzjoni gholja tan-nisa fis-suq tax-xoghol fl-UE, fejn proporzjonalment in-nisa jahdmu aktar fuq bazi part-time ghal ragunijiet ovvji. Madankollu il-proporzjon ta’ impjiegi part-time f’Malta hi ferm aktar gholja minn dik ta’ Cipru u l-Grecja, u prattikament hija daqs dik fi Spanja.


Statistika indikattiva dwar zviluppi recenti fis-suq tax-xoghol li giet ippubblikata din il-gimgha mill-Eurostat hija dik dwar kemm kien hemm persuni li bdew jahdmu fit-tielet kwart tal-2009. Filwaqt li l-medja tal-UE turi li 4.2% ta’ dawk li jahdmu sabu impjieg fit-tielet kwart tal-2009, f’Malta kienu biss 3.6%, u kien hemm 15-il pajjiz membru b’rata aktar gholja minn ta’ Malta.

Dan jindika li dawn il-pajjizi kienu aktar kapaci aktar minn Malta fil-holqien tal-impjiegi. Ghalkemm il-qghad f’Malta mhuwiex fost l-oghla fl-UE, madankollu r-raguni ewlenija ghal dan huwa l-fatt li f’Malta ghandna l-aktar rata baxxa ta’ persuni li huma attivi fis-suq tax-xoghol.

L-oghla rata ta’ qghad f’dawn l-ahhar hames snin

Filwaqt li f’Malta hawn 12,000 persuna li huma minghajr xoghol, hemm statistika li tindika li fil-verità hawn 16,000 persuna li huma inattivi u li jixtiequ jahdmu, izda minhabba nuqqas ta’ opportunitajiet, mhux kollha qed ifittxu impjieg. Anki l-istatistika tal-ETC qed turi li n-numru ta’ dawk li qed jirregistraw  ghax-xoghol zdied ghal 7,758 persuna, li hu l-oghla livell ta’ qghad f’dawn l-ahhar 5 snin.
Dr. Gonzi ftahar ukoll dwar kemm qed isir investiment taht il-gvern tieghu. Izda l-fatti juru minn cifri finanzjarji ppubblikati mill-NSO li fl-ewwel disa’ xhur tal-2009 l-infieq tal-gvern fuq progetti kapitali naqas b’37% jew b’€40m. Dan meta l-gvern skont l-iStability Programme li baghat lill-UE, wieghed li se jzid in-nefqa fuq progetti b’€60m!


Izda apparti t-tnaqqis fl-investiment tal-gvern, il-pajjiz garrab ukoll tnaqqis qawwi fl-investiment privat ta’ 13% jew €76m fl-ewwel disa’ xhur tal-2009. Filwaqt li l-investiment f’Malta f’termini reali naqas b’20%  fl-ewwel disa’ xhur, fl-UE dan naqas biss bi 11.5%, li juri li m’hu minnu xejn dak li jghid il-gvern li f’Malta qed isir aktar investiment milli qed issir fil-pajjizi Ewropej. Anki meta mqabbel ma’ Spanja u l-Grecja, l-investiment f’dawn il-pajjizi naqas bi 15% meta mqabbel mat-tnaqqis ta’ 20% f’Malta!


Il-Prim Ministru Gonzi b’wiccu minn quddiem qal ukoll li qed ikollu success fil-qasam tas-sahha, meta kulhadd jaf Ii dan is-settur qieghed fi krizi kbira, b’pazjenti fil-kuriduri u mnezza’ minn kull dinjità, b’eluf kbar ta’ persuni f’listi ta’ stennija, jistennew ghall-operazzjoni. Din il-lista kienet sahansitra tkun itwal li kieku pazjenti ma rrikorrewx ghal servizzi privati.

Mill-bieb flok mit-tieqa

Li l-gvern ma jzidx il-provvista ta’ servizzi medici biex jissodisfa d-domanda, huwa mod iehor kif il-hlas ghas-sahha jidhol mit-tieqa flok mill-bieb billi in-nies ikunu sfurzati jirrikorru ghas-settur privat biex jinqdew fi zmien ragonevoli.
Dan jixhdu l-fatt li filwaqt li f’dawn l-ahhar 5 snin l-impjiegi fil-qasam tas-servizzi privati tas-sahha zdiedu b’40%, is-servizzi medici fis-settur pubbliku ziedu l-impjiegi b’5% biss.


Dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma, il-Prim Ministru Gonzi kompla jinsisti li z-zieda fit-tariffi kienet dovuta ghall-fatt li l-prezz taz-zejt kien zdied. Izda l-Dr. Gonzi baqa’ ma wiegebx kif ghalkemm qabel m’gholew t-tariffi f’Jannar 2010, Malta kellha d-disa’ l-oghla tariffi fl-UE ghall-familji u l-oghla tariffi ghall-industrija, skont l-HICP, il-prezzijiet tad-dawl u l-gass f’Malta zdiedu bi kwazi 18%, filwaqt li l-medja tal-UE turi rohs ta’ 3.5%.


Din hi prova cara li l-Gvern Nazzjonalista ghazel li jgholli t-tariffi b’mod ezagerat u pprova jinheba wara l-iskuza taz-zieda fil-prezz taz-zejt biex jintaxxa aktar lill-poplu Malti u Ghawdxi halli kif qal Tonio Fenech jillimita z-zieda fid-deficit tal-gvern.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain AM Light Rain / Wind Scattered Showers / Wind Scattered Showers PM Showers
7C 9C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata